Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tad‑9 ta’ Lulju 2009 – Il‑Kummissjoni vs Spanja

(Kawża C‑272/08)

“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Direttiva 2004/83/KE – Dritt għal ażil – Nuqqas ta’ traspożizzjoni fit-terminu previst”

1.                     Atti tal-istituzzjonijiet - Direttivi - Implementazzjoni mill-Istati Membri - Traspożizzjoni ta’ direttiva mingħajr azzjoni leġiżlattiva (Artikolu 249 KE) (ara l-punti 8, 9)

2.                     Stati Membri - Obbligi - Implementazzjoni ta’ direttivi - Nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu - Ġustifikazzjoni bbażata fuq is-sistema interna (Artikolu 226 KE) (ara l-punt 10)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Nuqqas milli jadotta, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva tal-Kunsill 2004/83/KE, tad-29 ta’ April 2004, dwar livelli stabbiliti minimi għall-kwalifika u l-istat ta’ ċittadini nazzjonali ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala refuġjati jew bħala persuni li nkella jeħtieġu protezzjoni internazzjonali u l-kontenut tal-protezzjoni mogħtija (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 7, p. 96).

Dispożittiv

1)

Billi ma adottax, fit-terminu previst, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji kollha sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva tal-Kunsill 2004/83/KE, tad-29 ta’ April 2004, dwar livelli stabbiliti minimi għall-kwalifika u l-istat ta’ ċittadini nazzjonali ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala refuġjati jew bħala persuni li nkella jeħtieġu protezzjoni internazzjonali u l-kontenut tal-protezzjoni mogħtija, ir-Renju ta’ Spanja naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt din id-direttiva.

2)

Ir-Renju ta’ Spanja huwa kkundannat għall-ispejjeż.