Keywords
Summary

Keywords

Approssimazzjoni tal-liġijiet — Miżuri ta’ approssimazzjoni — Regoli komuni għas-suq intern tal-gass naturali — Direttiva 2003/55

(Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2003/55, Artikoli 3(2) u 23(1))

Summary

L-Artikolu 3(2) u l-Artikolu 23(1) tad-Direttiva 2003/55/KE, rigward regoli komuni għas-suq intern fil-gass naturali ma jipprekludux liġi nazzjonali li tippermetti d-determinazzjoni tal-livell tal-prezz ta’ provvista tal-gass naturali permezz tad-definizzjoni ta’ “prezzijiet ta’ referenza”, wara l-1 ta’ Lulju 2007, bil‑kundizzjoni li dan l-intervent:

– isegwi interess ekonomiku ġenerali li jikkonsisti fiż-żamma tal-prezz ta’ provvista tal-gass naturali lill-klijent finali f’livell raġonevoli fid-dawl tal‑konċiljazzjoni li l-Istati Membri għandhom jagħmlu, filwaqt li jikkunsidraw is‑sitwazzjoni fis-settur tal-gass naturali, bejn l-għan ta’ liberalizzazzjoni u dak tal-protezzjoni neċessarja tal-konsumatur finali segwiti mid-Direttiva 2003/55;

– jippreġudika l-libertà li jiġi ffissat il-prezz tal-provvista tal-gass naturali wara l-1 ta’ Lulju 2007 biss sa fejn huwa neċessarju sabiex jintlaħaq tali għan ta’ interess ekonomiku ġenerali u, konsegwentement, għal perijodu neċessarjament limitat fiż-żmien, u

– ikun iddefinit b’mod ċar, trasparenti, nondiskriminatorju, verifikabbli, u jiggarantixxi aċċess ugwali għall-impriżi tal-gass tal-Unjoni lill-konsumaturi.

(ara l‑punti 32, 47 u d‑dispożittv)