Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tad-29 ta’ Ottubru 2009 – Il‑Kummissjoni vs L-Irlanda

(Kawża C‑188/08)

“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Direttiva 75/442/KEE – Skart – Ilma domestiku mormi eliminat minn tankijiet settiċi fil-kampanja – Skart mhux kopert minn leġiżlazzjoni oħra – Nuqqas ta’ traspożizzjoni”

1.                     Ambjent - Skart - Direttiva 75/442 - Kunċett ta’ skart (Direttiva tal-Kunsill 75/442, kif emendata bid-Direttiva 91/156, Artikoli 1(a) u 2(1)(b)(iv)) (ara l-punti 33-35)

2.                     Ambjent - Skart - Direttiva 75/442 (Direttiva tal-Kunsill 75/442, kif emendata bid-Direttiva 91/156, Artikolu 2(1)(b)) (ara l-punti 55, 56, 82)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Ksur tal-Artikoli 4, 7, 8, 9, 10, 11, 12, 13 u 14 tad-Direttiva tal-Kunsill 75/442/KEE, tal-15 ta’ Lulju 1975, dwar l-iskart (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 1, p. 23), kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 91/156/KEE, tat-18 ta’ Marzu 1991, (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 1, p. 3) - Dwar ilma domestiku mormi eliminat minn tankijiet settiċi - Skart mhux kopert minn leġiżlazzjoni oħra.

Dispożittiv

1)     Billi ma adottatx, ħlief fil-kontea ta’ Cavan, il-liġijiet, ir-regolamenti u d‑dispożizzjonijiet amministrattivi kollha neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mal-Artikoli 4 u 8 tad-Direttiva tal-Kunsill 75/442/KEE, tal-15 ta’ Lulju 1975, dwar l-iskart, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 91/156/KEE, tat-18 ta’ Marzu 1991, f’dak li jirrigwarda ilma domestiku mormi eliminat minn tankijiet settiċi fil-kampanja u minn sistemi individwali oħra ta’ trattament tal-ilma, l-Irlanda naqset milli twettaq l‑obbligi tagħha taħt din id-direttiva.

2)     L-Irlanda hija kkundannata għal tliet kwarti tal-ispejjeż tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej u għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

3)     Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għandha tbati kwart tal-ispejjeż tagħha.