17.4.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 100/11


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-9 ta’ Diċembru 2009 — Luigi Marcuccio vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-528/08 P) (1)

(Appell - Uffiċjali - Sigurtà Soċjali - Ċaħda impliċita tat-talba għal rimbors għal 100 % ta’ ċerti spejjeż mediċi sostnuti mill-uffiċjal - Digriet ta’ rinunzja tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku - Appell parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat)

2010/C 100/17

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Appellant: Luigi Marcuccio (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)

Appellata: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u C. Berardis-Kayser, aġenti, A. dal Ferro, avukat)

Suġġett

Appell mid-digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Ir-Raba’ Awla), tad-9 ta’ Settembru 2008, Marcuccio vs Il-Kummissjoni (T-144/08), li permezz tiegħu l-Qorti tal-Prim’Istanza ċaħdet bħala inammissibbli t-talba għall-annullament tad-deċiżjoni li ċaħdet it-talba tar-rikorrent fl-ewwel istanza sabiex jitħallas lura 100 % ta’ ċerti spejjeż mediċi u, min-naħa l-oħra, talba sabiex il-Kummissjoni tiġi kkundannata tħallas lir-rikorrent fl-ewwel istanza s-somma ta’ EUR 89.56 bħala rimbors addizzjonali tal-ispejjeż mediċi tiegħu jew bħala kumpens għal dannu.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

L. Marcuccio huwa kkundannat għall-ispejjeż tal-appell.


(1)  GU C 32, 7.2.2009