13.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/19


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-12 ta’ Jannar 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Amtsgericht Charlottenburg — il-Ġermanja) — Amiraike Berlin GmbH

(Kawża C-497/08) (1)

(Ġurisdizzjoni volontarja - Ħatra ta’ likwidatur ta’ kumpannija - Nuqqas ta’ ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja)

2010/C 63/29

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Amtsgericht Charlottenburg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Amiraike Berlin GmbH

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Amtsgericht Charlottenburg — Interpretazzjoni tal-Artikoli 10, 43, u 48 tat-Trattat KE — Rikonoxximent minn Stat Membru ta’ miżura ta’ esproprjazzjoni relatata ma’ beni li jinsabu fit-territorju tiegħu, imposta mis-sistema legali ta’ Stat Membru ieħor — Tħassir tal-“Companies House” mir-reġistru tal-kumpanniji minħabba ksur tal-obbligi ta’ pubblikazzjoni, ta’ kumpannija b’responsabbiltà limitata Brittanika, bil-konsegwenza li l-patrimonju tagħha, inklużi l-beni immobbli li jinsabu fil-Ġermanja, intiret mill-Kuruna Brittanika.

Dispożittiv

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea manifestament ma għandhiex ġurisdizzjoni sabiex tirrispondi għad-domadna magħmula mill-Amtsgericht Charlottenburg permezz ta’ deċiżjoni tas-7 ta’ Novembru 2008.


(1)  ĠU C 113, 16.05.2009.