21.11.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 282/18


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba Awla) tad-9 ta’ Lulju 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari mit-Tribunal de première instance ta’ Mons — Il-Belġju) — Régie communale autonome du stade Luc Varenne vs État belge — SPF Finances

(Kawża C-483/08) (1)

(L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura - Is-Sitt Direttiva tal-VAT - Artikolu 10(1) u (2) - Irkupru tat-taxxa mnaqqsa b’mod żbaljat - Bidu tad-dekorrenza tat-terminu ta’ preskrizzjoni)

2009/C 282/34

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal de première instance de Mons

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Régie communale autonome du stade Luc Varenne

Konvenut: État belge — SPF Finances

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Tribunal de première instance de Mons — Interpretazzjoni tal-Artikolu 10 tad-Direttiva 77/388/KEE: Is-Sitt Direttiva tal-Kunsill, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU L 145, p. 1) — Kunċetti ta’ “fatt taxxabbli” u “intaxxar” — Bidu tad-dekorrenza tat-terminu ta’ preskrizzjoni tal-proċeduri għall-irkupru tat-taxxa — Jum tal-ħruġ tal-fattura jew jum tal-preżentata tad-dikjarazzjoni li biha l-persuna taxxabbli tinvoka d-dritt tagħha għal tnaqqis tat-taxxa?

Dispożittiv

L-Artikolu 10 tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 145, p. 1): bażi uniformi ta’ stima, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2002/38/KE, tas-7 ta’ Mejju 2002, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali u prattika amministrattiva nazzjonali li jistabbilixxu l-bidu tad-dekorrenza tat-terminu ta’ prekrizzjoni tal-proċeduri għall-irkupru tat-taxxa fuq il-valur miżjud imnaqqsa b’mod żbaljat fil-jum tal-preżentata tad-dikjarazzjoni li biha l-persuna taxxabbli invokat għall-ewwel darba d-dritt tagħha għal tnaqqis.


(1)  ĠU C 19, 24.01.2009