16.1.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 11/10


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-24 ta’ Settembru 2009 — Alcon Inc. vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), *Acri.Tec AG Gesellschaft für ophthalmologische Produkte

(Kawża C-481/08 P) (1)

(Appell - Trade mark Komunitarja - Trade mark verbali BioVisc - Oppożizzjoni tal-proprjetarju tat-trade marks verbali Komunitarji u internazzjonali PROVISC u DUOVISC - Oppożizzjoni miċħuda mill-Bord tal-Appell tal-UASI)

2010/C 11/16

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Alcon Inc. (rappreżentant: M. Graf, Rechtsanwalt)

Appellati: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent), *Acri.Tec AG Gesellschaft für ophthalmologische Produkte (rappreżentant: H. Förster, Rechtsanwalt)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Ir-Raba’ Awla), tal-10 ta’ Settembru 2008, Alcon vs UASI u *Acri.Tec (T-106/07) li permezz tagħha l-Qorti tal-Prim’Istanza ċaħdet rikors għal annullament ippreżentat mill-proprjetarju tat-trade marks verbali Komunitarji u internazzjonali “PROVISC” u “DUOVISC” għal prodotti fil-klassi 5 kontra d-Deċiżjoni R 660/2006-2 tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (UASI), tat-8 ta’ Frar 2005, li tannulla d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni li tirrifjuta r-reġistrazzjoni tat-trade mark verbali “BioVisc” għal prodotti fil-klassi 5 fil-kuntest tal-oppożizzjoni mressqa mill-appellanti.

Dispożittiv

(1)

L-appell huwa miċħud.

(2)

Alcon Inc. hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 19, 24.01.2009