|
17.4.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 100/10 |
Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-16 ta’ Diċembru 2009 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tal-High Court of Justice (Chancery Division), High Court of Justice (England & Wales), Queen’s Bench Division (Administrative Court) — (Ir-Renju Unit) — Football Association Premier League Ltd, NetMed Hellas SA, Multichoice Hellas SA vs QC Leisure, David Richardson, AV Station plc, Malcolm Chamberlain, Michael Madden, SR Leisur Ltd, Philip George Charles Houghton, Derek Owen (C-403/08), Karen Murphy vs Media Protection Services Ltd (C-429/08)
(Kawżi magħquda C-403/08 u C-429/08) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Talba għal parteċipazzjoni fil-proċeduri - Ċaħda)
2010/C 100/15
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Qorti tar-rinviju
High Court of Justice (Chancery Division), High Court of Justice (England & Wales), Queen’s Bench Division (Administrative Court)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Football Association Premier League Ltd, NetMed Hellas SA, Multichoice Hellas SA (C-403/08), Karen Murphy (C-429/08)
Konvenuti: QC Leisure, David Richardson, AV Station plc, Malcolm Chamberlain, Michael Madden, SR Leisur Ltd, Philip George Charles Houghton, Derek Owen (C-403/08), Media Protection Services Ltd (C-429/08)
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — High Court of Justice (Chancery Division) — Interpretazzjoni tal-Artikoli 28, 30, 49 u 81 KE u tal-Artikoli 2(a) u (e), 4(a) u 5 tad-Direttiva 98/84/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-20 ta’ Novembru 1998, dwar il-protezzjoni legali ta’ servizzi bbażati fuq, jew li jikkonsistu minn, aċċess kondizzjonali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 3, p. 147), tal-Artikoli 2, 3 u 5(1) tad-Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Mejju 2001, dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 230), tal-Artikolu 1(a) u (b) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/552/KEE, tat-3 ta’ Ottubru 1989, dwar il-koordinazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b’regolament jew b’azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar it-twettiq ta’ attivitajiet ta’ xandir bit-televiżjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 224) u interpretazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 93/83/KEE, tas-27 ta’ Settembru 1993, dwar il-koordinazzjoni ta’ ċerti regoli dwar id-drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati ma’ drittijiet tal-awtur applikabbli għal xandir bis-satellita u ritrasmissjoni bil-cable (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 134) — Għoti, għal remunerazzjoni, ta’ drittijiet esklużivi sabiex tiġi żgurata r-ritrażmissjoni ta’ logħbiet tal-futbol bis-satellita — Bejgħ, fir-Renju Unit, ta’ dekodifikaturi, imqegħda legalment fis-suq ta’ Stat Membru ieħor, li jippermettu li jintwerew dawn il-logħbiet bi ksur tad-drittijiet esklużivi mogħtija
Dispożittiv
|
(1) |
It-talbiet tal-Union tal-Assoċjazzjonijiet Ewropej tal-Football (UEFA), ta’ British Sky Broadcasting Ltd, ta’ Setanta Sports Sàrl u ta’ The Motion Picture Association sabiex jipparteċipaw fil-proċeduri huma miċħuda. |
|
(2) |
M’hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar l-ispejjeż. |