16.5.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 113/18 |
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-3 ta’ Frar 2009 — Massimo Giannini vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
(Kawża C-231/08 P) (1)
(Appell - Servizz pubbliku Komunitarju - Dritt għal smigħ xieraq - Ksur tal-Artikoli 4, 27 u 29 tar-Regolamenti tal-Persunal - Prinċipju ta’ non-diskriminazzjoni - Interess tas-servizz u l-obbligu ta’ premura - Żnaturament tal-elementi ta’ prova u regoli dwar l-amministrazzjoni tal-provi - Appell parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat)
2009/C 113/36
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Appellant: Massimo Giannini (rappreżentanti: L. Levi u C. Ronzi, avukati)
Appellata: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: G. Berscheid u L. Lozano Palacios, aġenti)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tielet Awla) tat-12 ta’ Marzu 2008, Giannini vs Il-Kummissjoni (T-100/04) li biha l-Qorti tal-Prim’Istanza ċaħdet ir-rikors tar-rikorrent għall-annullament tad-deċiżjoni tal-bord tal-għażla tal-kompetizzjoni COM/A/9/01, sabiex tinħoloq lista ta’ riżerva għar-reklutaġġ ta’ amministraturi fl-oqsma tal-ekonomija u tal-istatistika, li r-rikorrent ma jiġix inkluż fil-lista ta’ riżerva għal din il-kompetizzjoni u għad-danni — Ksur tad-dritt għal smigħ xieraq, relatat mad-dewmien eċċessiv tal-proċeduri — Ksur tal-Artikoli 4, 27 u 29 tar-Regolamenti tal-Persunal kif ukoll tal-kunċett ta’ interess tas-servizz u tal-obbligu ta’ premura — Ksur tal-prinċipju ta’ non-diskriminazzjoni u tar-regoli tal-amministrazzjoni tal-provi.
Dispożittiv
1) |
L-appell huwa miċħud. |
2) |
M. Giannini huwa kkundannat għall-ispejjeż tal-appell. |