16.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 113/18


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-20 ta’ Jannar 2009 — Sebirán, S.L. vs Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), El Coto de Rioja S.A.

(Kawża C-210/08 P) (1)

(Appell - Trade mark Komunitarja - Regolament (KE) Nru 40/94 - Artikolu 8(1)(b) - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Trade mark figurattiva Coto D’Arcis - Oppożizzjoni mill-proprjetarju tat-trade marks verbali COTO DE IMAZ u EL COTO - Reġistrazzjoni rrifjutata parzjalment)

2009/C 113/35

Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol

Partijiet

Appellanti: Sebirán, S.L. (rappreżentant: J.A. Calderón Chavero, avukat)

Appellat: Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. Laporta Insa, aġent), El Coto de Rioja S.A. (rappreżentanti: J. Grimau Muñoz u J. Villamor Muguerza, avukati)

Suġġett

Appell imressaq kontra s-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Ir-Raba’ Awla) tat-12 ta’ Marzu 2008, Sebirán vs UASI u El Coto de Rioja (T-332/04) li permezz tagħha l-Qorti tal-Prim’Istanza ċaħdet it-talba ta’ Sebirán S.L. għall-annullament tad-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tal-15 ta’ Ġunju 2004 (Każ R 550/2003-2)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Sebirán S.L. hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  GU C 183, 19.7.2008