16.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 113/17


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-5 ta’ Marzu 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Provincia di Imperia

(Kawża C-183/08 P) (1)

(Appell - Artikolu 119 tar-Regoli tal-Proċedura - Kundizzjonijiet ta’ ammissibbiltà ta’ rikors għal annullament - Interess ġuridiku - Sejħa għal proposti rigward il-finanzjament ta’ azzjonijiet innovattivi taħt il-Fond Soċjali Ewropew - Deċiżjoni ta’ ċaħda - Eżistenza, għar-rikorrenti, ta’ benefiċċju li jirriżulta mill-annullament eventwali tal-att ikkontestat)

2009/C 113/34

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: D. Martin u L. Flynn, aġenti)

Parti oħra fil-proċedura: Provincia di Imperia (rappreżentanti: K. Platteau u S. Ristagno, avukati)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Il-Ħames Awla) tal-14 ta’ Frar 2008, Provincia di Imperia vs Il-Kummissjoni (T-351/05) li biha l-Qorti tal-Prim’Istanza ddikjarat ammissibbli (imma infondat) ir-rikors ippreżentat mir-rikorrenti, intiż għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tat-30 ta’ Ġunju 2005, li tirrifjuta li tikkonċedilha sussidju fil-kuntest ta’ sejħa għal proposti rigward atti innovattivi taħt il-Fond Soċjali Ewropew — Ksur tal-kundizzjonijiet ta’ ammissibbiltà ta’ rikors għal annullament — Kunċett ta’ interess ġuridiku — Nuqqas, għar-rikorrenti, ta’ benefiċċju li jirriżulta mill-annullament eventwali tal-att ikkontestat

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud bħala manifestament infondat.

2)

Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  GU C 209, 15.8.2008