21.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 44/25


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-13 ta' Novembru 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tad-Dioikitiko Efeteio Thessalonikis — Il-Greċja) — Maria Kastrinaki tou Emmanouil vs Panepistimiako Geniko Nosokomeio Thessalonikis AHEPA

(Kawża C-180/08 u C-186/08) (1)

(L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura - Direttiva 89/48/KEE - Rikonoxximent ta' diplomi - Studji kompletati f'“Ċentru ta' studji liberi’ mhux irrikonoxxut bħala stabbiliment ta' tagħlim mill-Istat Membru ospitanti - Psikologu)

(2009/C 44/41)

Lingwa tal-kawża: Il-Grieg

Qorti tar-rinviju

Dioikitiko Efeteio Thessalonikis

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Maria Kastrinaki tou Emmanouil

Konvenut: Panepistimiako Geniko Nosokomeio Thessalonikis AHEPA

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Dioikitiko Efeteio Thessalonikis — Interpretazzjoni tal-Artikoli 1, 2, 3 u 4 tad-Direttiva tal-Kunsill 89/48/KEE, tal-21 ta' Diċembru 1988, dwar sistema ġenerali għar-rikonoxximent ta' diplomi ta' edukazzjoni ogħla mogħtija mal-kompletar tal-edukazzjoni u t-taħriġ professjonali ta' mill-inqas tliet snin (ĠU L 19, p. 16) — Interpretazzjoni tal-Artikoli 39(1), 10(1), 43, 47(1), 49, 55, 149 u 150 KE — Ċittadin ta' Stat Membru li eżerċita professjoni rregolata fl-Istat Membru ospitanti qabel u wara r-rikonoxximent tal-ekwivalent professjonali li jirriżulta miċ-ċertifikati akkademiċi miksuba fi Stat Membru ieħor — Kompletar preċedenti, bis-saħħa ta' kuntratt ta' franchising, ta' parti mill-istudji universitarji f'istituzzjoni mhux irrikonoxxuta bħala stabbiliment universitarju mill-Istat Membru ospitanti — Possibbiltà, minħabba r-rifjut ta' rikonoxximent ta' tali ċertifikati, li l-ħaddiem jiġi eskluż mill-attività professjonali tiegħu

Dispożittiv

L-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru ospitanti huma, abbażi tal-Artikolu 3 tad-Direttiva tal-Kunsill 89/48/KEE, tal-21 ta' Diċembru 1988, dwar sistema ġenerali għar-rikonoxximent ta' diplomi ta' edukazzjoni ogħla mogħtija mal-kompletar tal-edukazzjoni u t-taħriġ professjonali ta' mill-inqas tliet snin, marbuta li jippermettu lil ċittadin ta' Stat Membru, li għandu diploma skont din id-direttiva maħruġ minn awtorità kompetenti ta' Stat Membru ieħor, li jeżerċita l-professjoni tiegħu taħt l-istess kundizzjonijiet bħal min għandu diplomi nazzjonali anki jekk dan id-diploma

jiċċertifika tagħlim miksub, b'mod totali jew parzjali, minn stabbiliment li jinsab fl-Istat Membru ospitanti li, skont il-leġiżlazzjoni ta' dan l-aħħar Stat, mhuwiex irrikonoxxut bħala ċentru ta' tagħlim, u

ma ġiex approvat mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti.


(1)  ĠU C 171, 5.7.2008.