|
29.8.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 205/15 |
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-25 ta’ Marzu 2009 — Isabella Scippacercola, Ioannis Terezakis vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
(Kawża C-159/08 P) (1)
(Appell - Abbuż ta’ pożizzjoni dominanti - Imposti allegatament eċċessivi applikati fuq l-utent tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Ateni - Ċaħda tal-ilment - Nuqqas ta’ interess Komunitarju)
2009/C 205/26
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Isabella Scippacercola, Ioannis Terezakis (rappreżentant: B. Lombart, avukat)
Appellata: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: T. Christoforou, V. Di Bucci u F. Ronkes Agerbeek, aġenti)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Il-Ħames Awla) tas-16 ta’ Jannar 2008, Isabella Scippacercola u Ioannis Terezakis vs Il-Kummissjoni (T-306/05), li permezz tagħha l-Qorti tal-Prim’Istanza ċaħdet talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tat-2 ta’ Mejju 2005, li ma tiħux azzjoni fir-rigward tal-ilment imressaq mill-appellanti dwar allegat abbuż ta’ pożizzjoni dominanti min-naħa tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Ateni fi Spata (il-Greċja), li allegatament japplika imposti eċċessivi fuq l-utenti.
Dispożittiv
|
1) |
L-appell huwa miċħud. |
|
2) |
I. Scippacercola u I. Terezakis huma kkundannati għall-ispejjeż. |