20.6.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 141/21 |
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-5 ta’ Marzu 2009 — K & L Ruppert Stiftung & Co. Handels-KG vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (trade marks u disinni), Natália Cristina Lopes de Almeida Cunha, Cláudia Couto Simões, Marly Lima Jatobá
(Kawża C-90/08 P) (1)
(Appell - Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja figurattiva CORPO LIVRE - Oppożizzjoni mill-proprjetarju tat-trade marks verbali nazzjonali u internazzjonali preċedenti LIVRE - Prova tal-użu ta’ trade marks preċedenti li ġiet ippreżentata tard - Oppożizzjoni miċħuda)
2009/C 141/37
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Partijiet
Appellanti: K & L Ruppert Stiftung & Co. Handels-KG (rappreżentant: D. Spohn, Rechtsanwältin)
Partijiet oħra fil-proċeduri: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (trade marks u disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent), Natália Cristina Lopes de Almeida Cunha, Cláudia Couto Simões, Marly Lima Jatobá
Suġġett
Appell ippreżentat kontra s-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tieni Awla) tat-12 ta’ Diċembru 2007, K & L Ruppert Stiftung vs UASI — Lopes de Almeida Cunha, Couto Simões, Lima Jatobá (T-86/05), li permezz tagħha l-Qorti tal-Prim’Istanza ċaħdet rikors għal annullament ippreżentat mill-proprjetarju tat-trade marks verbali nazzjonali u internazzjonali “LIVRE” għal prodotti fil-klassi 25 kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tas-7 ta’ Diċembru 2004, li tiċħad ir-rikors kontra d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni li tiċħad l-oppożizzjoni tagħha fir-rigward tar-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja figurattiva “CORPO LIVRE” għal prodotti fil-klassijiet 18 u 25 — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Oppożizzjoni miċħuda abbażi tal-fatt li l-prova tal-użu tat-trade marks preċedenti ġiet ippreżentata tard
Dispożittiv
1) |
L-appell huwa miċħud. |
2) |
K & L Ruppert Stiftung & Co. Handels-KG hija kkundannata għall-ispejjeż. |