8.11.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 285/13


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-19 ta' Ġunju 2008 — US Steel Košice s.r.o. vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

(Kawża C-6/08 P) (1)

(Appell - Direttiva 2003/87/KE - Skema għall-iskambju ta' kwoti ta' emissjoni ta' gassijiet serra - Prevenzjoni u kontroll integrat tat-tniġġis - Repubblika Slovakka - Att ta' adeżjoni - Allokazzjoni ta' kwoti - Perijodu 2008-2012 - Kundizzjonijiet - Effett dirett - Inammissibbiltà)

(2008/C 285/21)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: US Steel Košice s.r.o. (rappreżentanti: C. Thomas, Solicitor, E. Vermulst, advocaat)

Appellata: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentant: U. Wölker u D. Lawunmi, aġenti)

Suġġett

Appell ippreżentat mid-Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza (It-Tielet Awla) tal-1 ta' Ottubru 2007, U.S. Steel Košice s.r.o. vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (T-27/07), li jiċħad bħala inammissibbli rikors intiż għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-29 ta' Novembru 2006, dwar skema nazzjonali ta' allokazzjoni ta' kwoti ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra nnotifikata mill-Gvern Slovakk għall-perijodu bejn l-2008 u l-2012, skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 275, p. 32) — Persuni fiżiċi jew legali — Atti li jikkonċernawhom direttament u individwalment — Effett dirett — Kriterji

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

US Steel Košice s.r.o. hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 64, 8.3.2008.