11.9.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 246/3 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-15 ta’ Lulju 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Taljana
(Kawża C-573/08) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 79/409/KEE - Konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi - Miżuri ta’ traspożizzjoni)
2010/C 246/03
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea [rappreżentant: D. Recchia, agent]
Konvenuta: Ir-Repubblika Taljana [rappreżentant: G. Palmieri u G. Fiengo, agenti]
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikoli 2, 3, 4, 5, 6, 7, 9, 10, 11, 13 u 18 tad-Direttiva tal-Kunsill 79/409/KEE, tat-2 ta’ April 1979, dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 1, p. 98) — Transpożizzjoni inkompluta — Derogi — Rekwiżiti.
Dispożittiv
1) |
Peress li l-leġiżlazzjoni li tittrasponi fis-sistema legali Taljana d-Direttiva tal-Kunsill 79/409/KEE, tat-2 ta’ April 1979, dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi, mhijiex konformi b’mod sħiħ ma’ din id-direttiva, u peress li s-sistema ta’ traspożizzjoni tal-Artikolu 9 tagħha ma tiżgurax li d-derogi adottati mill-awtoritajiet kompetenti Taljani josservaw il-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti stabbiliti f’dan l-Artikolu, ir-Repubblika Taljana naqset mill-obbligi tagħha abbażi tal-Artikoli 2 sa 7, 9 sa 11, 13 u 18 tad-direttiva msemmija. |
2) |
Ir-Repubblika Taljana hija kkundannata għall-ispejjeż, inklużi dawk marbuta mal-proċeduri għal miżuri provviżorji. |