14.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 221/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-24 ta’ Ġunju 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Taljana

(Kawża C-571/08) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 95/59/KE - Taxxi li mhumiex taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ li jaffettwaw il-konsum ta’ tabakk manifatturat - Artikolu 9(1) - Libertà li l-manifatturi u l-importaturi jstabbilixxu l-prezzijiet massimi ta’ bejgħ bl-imnut tas-sigaretti - Ġustifikazzjoni - Ħarsien tas-saħħa pubblika)

2010/C 221/11

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: W. Mölls u L. Pignataro, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: I. Bruni, sussegwentement G. Palmieri, aġenti u F. Arena, avvocato dello Stato)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikolu 9 tad-Direttiva tal-Kunsill 95/59/KE, tas-27 ta’ Novembru 1995, dwar taxxi li mhumiex taxxi fuq il-qliegħ li jaffettwaw il-konsum ta’ tabakk manifatturat (ĠU Edizzjoni Speciali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 283) — Iffissar ta’ prezzijiet minimi — Omologazzjoni tal-prezzijiet

Dispożittiv

(1)

Billi ma pprovdietx prezz minimu ta’ bejgħ għas-sigaretti, ir-Repubblika Taljana naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 9(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 95/59/KE, tas-27 ta’ Novembru 1995, dwar taxxi li mhumiex taxxi fuq il-qliegħ li jaffettwaw il-konsum ta’ tabakk manifatturat, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2002/10/KE, tat-12 ta’ Frar 2002.

(2)

Ir-Repubblika Taljana hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 55, 07.03.2009