|
11.2.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 39/2 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-15 ta’ Diċembru 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju ta’ Spanja
(Kawża C-560/08) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 85/337/KEE - Evalwazzjoni tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent - Direttiva 92/43/KEE - Konservazzjoni tal-habitats naturali - Proġetti ta’ twessigħ u/jew ta’titjib tat-triq M-501 fi Spanja - ŻPS ES0000056 “Encinares del río Alberche y río Cofio” - SIK propost ES3110005 “Cuenca del río Guadarrama” u SIK propost ES3110007 “Cuencas de los ríos Alberche y Cofio”)
(2012/C 39/02)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: S..Pardo Quintillán, D. Recchia u J.-B. Laignelot, aġenti)
Konvenut: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentant: M. Muñoz Pérez, aġent)
Parti intervenjenti insostenn tal-parti l-oħra fil-kawża: Ir-Repubblika tal-Polonja (rappreżentant: K. Rokicka, aġent)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikoli 2(1), 3, 4(1) jew (2), 5, 6(2), 8 u 9 tad-Direttiva tal-Kunsill 85/337/KEE tas-27 ta’ Ġunju 1985, dwar l-istimi tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 1, p. 248) u tal-Artikolu 6(3) u (4), moqri flimkien mal-Artikolu 7 u l-Artikolu 12(1)(b) u (d) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE, tat-12 ta’ Mejju 1992, dwar il-konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 102), kif interpretat mis-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-13 ta’ Jannar 2005, fil-Kawża C-117/03, u tal-14 ta’ Settembru 2006, fil-Kawża C-244/05 — Proġetti ta’ twessigħ u/jew titjib tat-triq M-501 — ZEP ES 0000056 “Encinares del río Alberche y río Cofio” — SIK propost ES 3110005 “Cuenca del río Guadarrama” u SIK propost ES 3110007 “Cuencas de los ríos Alberche y Cofio”
Dispożittiv
|
(1) |
Billi ma ssodisfax ir-rekwiżiti previsti:
ir-Renju ta’ Spanja naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt id-dispożizzjonijiet imsemmija iktar ’il fuq. |
|
(2) |
Ir-Renju ta’ Spanja huwa kkundannat għall-ispejjeż. |
|
(3) |
Ir-Repubblika tal-Polonja għandha tbati l-spejjeż tagħha. |