1.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 180/24


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-4 ta’ Ġunju 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju tal-Iżvezja

(Kawża C-555/08) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 2005/56/KE - Mergers transkonfinali ta’ kumpanniji ta’ responsabbiltà limitata - Nuqqas ta’ traspożizzjoni fit-terminu previst)

2009/C 180/40

Lingwa tal-kawża: L-Iżvediż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: P. Dejmek u K. Nyberg, aġenti)

Konvenut: Ir-Renju tal-Iżvezja (rappreżentanti: A. Falk u A. Engman, aġenti)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas li jadotta, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijiet kollha neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2005/56/KEE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 2005 dwar mergers transkonfinali ta’ kumpanniji ta’ responsabbiltà limitata (ĠU L 310, p. 1) — Impriżi finanzjarji li jeħtieġu l-awtorizzazzjoni ta’ organu pubbliku, b’mod partikolari l-banek u l-kumpanniji tal-assigurazzjoni.

Dispożittiv

1)

Billi ma adottax, fit-terminu previst, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2005/56/KEE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 2005 dwar mergers transkonfinali ta’ kumpanniji ta’ responsabbiltà limitata, għal dak li jikkonċerna l-istabbilimenti finanzjarji li jeħtieġu awtorizzazzjoni minn awtorità pubblika, b’mod partikolari ċerti banek u kumpanniji tal-assigurazzjoni, ir-Renju tal-Iżvezja naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt din id-direttiva.

2)

Ir-Renju tal-Iżvezja huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 32, 7.2.2009.