1.8.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 180/23 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-11 ta’ Ġunju 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju tal-Iżveżja
(Kawża C-546/08) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 2005/60/KE - Prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-iskop tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu - Nuqqas ta’ traspożizzjoni fit-terminu previst)
2009/C 180/39
Lingwa tal-kawża: L-Iżvediż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: P. Dejmek u M. Sundén, aġenti]
Konvenut: Ir-Renju tal-Iżvezja (rappreżentant: A. Falk, aġent)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas li jadotta, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 2005 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-iskop tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu (ĠU L 309, p. 15).
Dispożittiv
1) |
Billi m’adottax, fit-terminu previst, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 2005 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-iskop tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu, ir-Renju tal-Iżvezja naqas milli jwettaq l-obbligu tiegħu taħt l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 45(1) tal-imsemmija direttiva. |
2) |
Ir-Renju tal-Iżvezja huwa kkundannat għall-ispejjeż. |