5.12.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 297/15 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla), tat-22 ta’ Ottubru 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-College van Beroep voor het Bedrijfsleven — l-Olanda) — G. Elbertsen vs Minister van Landbouw, Natuur en Voedselkwaliteit
(Kawża C-449/08) (1)
(Politika agrikola komuni - Sistema integrata tal-amministrazzjoni u tal-kontroll ta’ ċerti skemi ta’ għajnuna - Regolament (KE) Nru 1782/2003 - Skema ta’ pagament uniku - Iffissar tal-ammont ta’ referenza - Bdiewa li jsibu ruħhom f’sitwazzjoni speċjali - Riżerva nazzjonali)
2009/C 297/18
Lingwa tal-kawża: L-Olandiż
Qorti tar-rinviju
College van Beroep voor het Bedrijfsleven
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: G. Elbertsen
Konvenut: Minister van Landbouw, Natuur en Voedselkwaliteit
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — College van Beroep voor het Bedrijfsleven — Interpretazzjoni tal-Artikolu 42(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003, tad-29 ta’ Settembru 2003, li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi diretti ta’ appoġġ fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għall-bdiewa u li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 2019/93, (KE) Nru 1452/2001, (KE) Nru 1453/2001, (KE) Nru 1454/2001, (KE) Nru 1868/94, (KE) Nru 1251/1999, (KE) Nru 1254/1999, (KE) Nru 1673/2000, (KEE) Nru 2358/71 u (KE) Nru 2529/2001 (ĠU L 270, p. 1) u tal-Artikolu 21 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 795/2004, tal-21 ta’ April 2004, li jippreskrivi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-iskema ta’ ħlas waħdieni li hemm provvediment dwaru fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal sistemi ta’ sostenn dirett taħt il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ sostenn għall-bdiewa (ĠU L 141, p. 1) — Sistema integrata tal-amministrazzjoni u tal-kontroll relatata ma’ ċċerti skemi ta’ għajnuna — Skema ta’ pagament uniku — Iffissar tal-ammont ta’ referenza — Nuqqas ta’ għoti ta’ drittijiet għall-ħlas f’ċerti sitwazzjonijiet
Dispożittiv
(1) |
L-Artikolu 42(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003, tad-29 ta’ Settembru 2003, li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi diretti ta’ appoġġ fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għall-bdiewa u li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 2019/93, (KE) Nru 1452/2001, (KE) Nru 1453/2001, (KE) Nru 1454/2001, (KE) Nru 1868/94, (KE) Nru 1251/1999, (KE) Nru 1254/1999, (KE) Nru 1673/2000, (KEE) Nru 2358/71 u (KE) Nru 2529/2001 għandu jiġi interpretat fis-sens li din id-dispożizzjoni tħalli lill-Istati Membri marġni ta’ diskrezzjoni li tippermettilhom li jiffissaw għal EUR 0 l-ammont ta’ referenza u li ma jagħtu l-ebda dritt għal ħlas mir-riżerva nazzjonali lil bidwi li jinsab f’sitwazzjoni speċjali bħal dik imsemmija fl-Artikolu 21 tar-Regolament Nru 795/2004, tal-21 ta’ April 2004, li jippreskrivi regoli dettaljati għall-implementazzjoni tal-iskema ta’ ħlas waħdieni li hemm provvediment dwaru fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1974/2004, tad-29 ta’ Ottubru 2004, sakemm dan l-ammont ikun ibbażat fuq kriterji oġġettivi, ma jippreġudikax it-trattament ugwali bejn il-bdiewa u ma joħloqx distorsjonijiet fis-suq u l-kompetizzjoni. |
(2) |
Id-dritt Komunitarju ma jipprekludix l-applikazzjoni ta’ dispożizzjoni nazzjonali skont liema ammont ta’ EUR 500 huwa mnaqqas miż-żieda tal-ammont ta’ pagamenti supplimentari li jirriżultaw minn investiment f’kapaċitajiet ta’ produzzjoni jew ta’ xiri ta’ artijiet, qabel ma jiġi stabbilit l-ammont ta’ referenza li abbażi tiegħu ngħataw drittijiet għall-pagamenti mir-riżerva nazzjonali. |