20.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 141/20


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-23 ta’ April 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Ellenika

(Kawża C-493/08) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 2005/56/KE - Mergers transkonfinali ta’ kumpanniji ta’ responsabbiltà limitata - Nuqqas ta’ traspożizzjoni fit-terminu previst)

2009/C 141/33

Lingwa tal-kawża: Il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: I. Dimitriou u P. Dejmek, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentant: N. Dafniou, aġent)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas milli jadotta, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2005/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 2005 dwar mergers transkonfinali ta’ kumpanniji ta’ responsabbiltà limitata (ĠU L 310, p. 1)

Dispożittiv

1)

Billi ma adottatx, fit-terminu previst, l-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma ruħu mad-Direttiva 2005/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 2005 dwar mergers transkonfinali ta’ kumpanniji ta’ responsabbiltà limitata, ir-Repubblika Ellenika naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 19 ta’ din id-direttiva.

2)

Ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 6, 10.01.2009.