18.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 346/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Awla Manja) tas-26 ta’ Ottubru 2010 — Ir-Renju tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

(Kawża C-482/08) (1)

(Rikors għal annullament - Deċiżjoni 2008/633/ĠAI - Aċċess għall konsultazzjoni tas-sistema ta’ informazzjoni dwar il-viża (VIS) mill-awtoritajiet maħtura ta’ Stati Membri u mill-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol) għall-finijiet tal-prevenzjoni, tal-kxif u tal-investigazzjoni ta’ reati terroristiċi u ta’ reati kriminali serji oħra - Żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-Acquis ta’ Schengen - Esklużjoni tar-Renju Unit mill-proċedura ta’ adozzjoni tad-deċiżjoni - Validità)

2010/C 346/09

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Ir-Renju tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (rappreżentanti: V. Jackson, I. Rao, aġenti u T. Ward, Barrister)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Schutte u R. Szostak, aġenti)

Partijiet intervenjenti insostenn tal-konvenut: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentant: J. M. Rodríguez Cárcamo, aġent), Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Wilderspin u B. D. Simon, aġenti)

Suġġett

Artikolu 35(6) UE — Annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/633/ĠAI tat-23 ta’ Ġunju 2008, li tikkonċerna aċċess għall-konsultazzjoni tas-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) minn awtoritajiet maħtura ta’ Stati Membri u mill-Europol għall-finijiet tal-prevenzjoni, tal-kxif u tal-investigazzjoni ta’ reati terroristiċi u ta’ reati kriminali serji oħra (ĠU L 218, p. 129) — Esklużjoni tar-Renju Unit mill-proċedura ta’ adozzjoni ta’ din id-deċiżjoni — Ksur tal-forom proċedurali sostanzjali

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ fuq huwa kkundannat għall-ispejjeż.

(3)

Ir-Renju ta’ Spanja u l-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropew għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom


(1)  ĠU C 32, 07.02.2009.