|
19.12.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 312/9 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tad-29 ta’ Ottubru 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju tal-Belġju
(Kawża C-474/08) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Nuqqas li jadotta d-dispożizzjonijiet neċessarji kollha sabiex jikkonforma ruħu mal-Artikolu 23(2) u (5) tad-Direttiva 2003/54/KE dwar ir-regoli komuni għas-suq intern fil-qasam tal-elettriku - Kompetenzi tal-awtorità regolatorja fil-qasam tal-elettriku)
2009/C 312/13
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: M. Patakia u B. Schima, aġenti)
Konvenut: Ir-Renju tal-Belġju (rappreżentanti: C. Pochet, aġent, J. Scalais u O. Vanhulst, avukati)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas li jadotta d-dispożizzjonijiet neċessarji kollha sabiex jikkonforma ruħu mal-Artikolu 23(2) u (5) tad-Direttiva 2003/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Ġunju 2003, dwar ir-regoli komuni għas-suq intern fil-qasam tal-elettriku u li tħassar id-Direttiva 96/92/KE (ĠU L 176, p. 37) — Kompetenzi tal-awtorità regolatorja fil-qasam tal-elettriku
Dispożittiv
|
(1) |
Ir-Renju tal-Belġju,
naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt din id-direttiva. |
|
(2) |
Ir-Renju tal-Belġju huwa kkundannat għall-ispejjeż. |