|
13.3.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 63/14 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla Awla) tal-21 ta’ Jannar 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Augstākās Tiesas Senāts — ir-Repubblika tal-Latvja) — Alstom Power Hydro vs Valsts ieņēmumu dienests
(Kawża C-472/08) (1)
(Talba għal deċiżjoni preliminari - Sitt Direttiva tal-VAT - Artikolu 18(4) - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi terminu ta’ preskrizzjoni ta’ tliet snin għar-rimbors ta’ ħlas żejjed tal-VAT)
2010/C 63/21
Lingwa tal-kawża: il-Latvjan
Qorti tar-rinviju
Augstākās tiesas Senāts
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Alstom Power Hydro
Konvenuta: Valsts ieņēmumu dienests
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Augstākās tiesas Senāts — Interpretazzjoni tal-Artikolu 18(4) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23) — Liġi nazzjonali li tipprovdi terminu ta’ tliet snin għat-tressiq ta’ talbiet għal rimbors ta’ ħlas żejjed ta’ taxxi
Dispożittiv
L-Artikolu 18(4) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, bħal dik fil-kawża prinċipali, li tipprovdi għal terminu ta’ preskrizzjoni ta’ tliet snin għat-tressiq ta’ talba għal rimbors ta’ ħlas żejjed tat-taxxa fuq il-valur miżjud miġbur indebitament mill-amministrazzjoni fiskali ta’ dan l-Istat.