28.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 234/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-8 ta’ Lulju 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Svea hovrätt — l-Isveżja) — proċeduri kriminali kontra Otto Sjöberg (C-447/08), Anders Gerdin (C-448/08)

(Kawżi magħquda C-447/08 u C-448/08) (1)

(Libertà li jiġu pprovduti servizzi - Logħob tal-ażżard - Operat tal-logħob tal-ażżard permezz tal-internet - Promozzjoni tal-logħob organizzat fi Stati Membri oħra - Attivitajiet riżervati lill-korpi pubbliċi jew mingħajr skop ta’ lukru - Sanzjonijiet kriminali)

2010/C 234/12

Lingwa tal-kawża: l-Isvediż

Qorti tar-rinviju

Svea hovrätt

Partijiet fil-proċedura kriminali prinċipali

Otto Sjöberg (C-447/08), Anders Gerdin (C-448/08)

Suġġett

Talbiet għal deċiżjoni preliminari — Svea hovrätt — Interpretazzjoni tal-Artikoli 12, 43, 49 u 54 KE — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprojbixxi, permezz ta’ sanzjonijiet kriminali, il-kummerċjalizzazzjoni u l-parteċipazzjoni f’lotterija fil-każ biss fejn din tiġi organizzata fi Stat Membru ieħor

Dispożittiv

(1)

L-Artikolu 49 KE għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, bħal dik fil-kawża inkwistjoni, li tipprojobixxi r-reklamar lir-residenti ta’ dan l-Istat tal-logħob tal ażżard organizzat fi Stati Membri oħra għal skopijiet ta’ lukru minn operaturi privati.

(2)

L-Artikolu 49 KE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tissuġġetta l-logħob tal-ażżard għal sistema ta’ drittijiet esklużivi u li tipprovdi li l-promozzjoni ta’ dan il-logħob organizzat fi Stat Membru ieħor hija punibbli b’sanzjonijiet iktar severi mill-promozzjoni ta’ tali logħob operat fit-territorju nazzjonali mingħajr awtorizzazzjoni. Hija l-qorti tar-rinviju li għandha tevalwa jekk dan huwiex il-każ tal-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali.


(1)  ĠU C 327, 20.12.2008