28.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 234/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’Awla) tal-1 ta’ Lulju 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

(Kawża C-442/08) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Ftehim ta’ Assoċjazzjoni KEE-Ungerija - Kontroll a posteriori - Nuqqas ta’ osservanza tar-regoli ta’ oriġini - Deċiżjoni tal-awtoritajiet tal-Istat ta’ esportazzjoni - Rikors ġuridiku - Missjoni ta’ kontroll tal-Kummissjoni - Dazji - Irkupru a posteriori - Riżorsi proprji - Tqegħid għad-dispożizzjoni - Interessi moratorji)

2010/C 234/11

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Caeiros u B. Conte, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: M. Lumma u B. Klein, aġenti)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikoli 2, 6, 9, 10 u 11 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1552/89, tad-29 ta’ Mejju 1989, li jimplementa d-Deċiżjoni 88/376/KEE, Euratom dwar is-sistema ta’ riżorsi tal-Komunitajiet innifishom (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 1, p. 176), u tad-dispożizzjonijiet korrispondenti tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1150/2000, tat-22 ta’ Mejju 2000, li jimplimenta d-Deċiżjoni 94/728/KE, Euratom, dwar is-sistema tar-riżorsi tagħhom tal-Komunitajiet (ĠU L 130, p. 1) — Ħlas tardiv tar-riżorsi proprji tal-Kominitajiet fil-każ ta’ rkupru a posteriori tad-dazji fuq l-importazzjoni u rifjut li jitħallsu l-interessi għal dewmien — Obbligu tal-Istat Membru ta’ importazzjoni li jipproċedi mingħajr dewmien għall-irkupru a posteriori ta’ dazji fuq l-importazzjoni relatati mal-merkanzija li ċ-ċertifikat tal-oriġini tagħha ġie ddikjarat invalidu mill-awtoritajiet tal-Istat ta’ esportazzjoni — Obbligu tal-Istat Membru ta’ importazzjoni li jħallas l-interessi għal dewmien dovuti fil-każ ta’ tniżżil tard tar-riżorsi proprji relatati mal-krediti doganali li ġew preskritti minħabba fl-inattività ta’ dawn l-awtoritajiet matul il-proċeduri legali mibdija fl-Istat ta’ esportazzjoni sabiex jinkiseb l-annullament tad-deċiżjonijiet li jiddikjaraw bħala invalidi ċ-ċertifikati ta’ oriġini.

Dispożittiv

(1)

Billi ħalliet djun doganali jiġu preskritti minkejja li kienet irċeviet komunikazzjoni ta’ assistenza reċiproka, billi ħallset tardivament riżorsi proprji dovuti f’dan ir-rigward u billi rrifjutat li tħallas l interessi moratorji applikabbli, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja naqset mill-obbligi tagħha skont l-Artikolu 2, 6, 9, 10 u 11 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom) Nru 1552/89, tad-29 ta’ Mejju 1989, li jimplementa d-Deċiżjoni 88/376/KEE, Euratom dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Komunitajiet kif ukoll tal-istess artikoli tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1150/2000, tat-22 ta’ Mejju 2000, li jimplementa d-Deċiżjoni 94/728/KE, Euratom dwar is-sistema tar-riżorsi tagħhom tal-Komunitajiet.

(2)

Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 6, 10.01.2009.