14.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 221/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-17 ta’ Ġunju 2010 — Lafarge SA vs Il-Kummissjoni Ewropea, Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

(Kawża C-413/08 P) (1)

(Appell - Akkordju - Folji tal-ġibs - Żnaturament tal-provi - Oneru tal-prova - Nuqqas ta’ motivazzjoni - Regolament Nru 17 - Artikolu 15(2) - Sanzjoni - Reċidiva - L-istadju meta l-effett dissważiv tal-multa jiġi kkunsidrat)

2010/C 221/07

Lingwa tal-proċedura: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Lafarge SA (rappreżentanti: A. Winckler, F. Brunet, E. Paroche, H. Kanellopoulos u C. Medina, avukati)

Il-partijiet l-oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Castillo de la Torre u N. von Lingen, aġenti), Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tielet Awla) tat-8 ta’ Lulju 2008, Lafarge SA vs Il-Kummissjoni (T-54/03) li permezz tagħha l-Qorti tal-Prim’Istanza ċaħdet ir-rikors tar-rikorrenti intiż għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tas-27 ta’ Novembru 2002, li timponi fuq l-imsemmija rikorrenti multa skont l-Artikolu 81 tat-Trattat KE — Akkordju fuq l-iffissar tal-prezzijiet fis-settur tal-folji tal-ġibs — Ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni u tar-regoli fil-qasam tal-oneru tal-prova — Ksur tal-prinċipji ta’ trattament ugwali u ta’ proporzjonalità fir-rigward tal-kalkolu tal-ammont tal-multa — Kunċett ta’ reċidiva

Dispożittiv

(1)

L-appell huwa miċħud.

(2)

Lafarge SA hija kkundannata għall-ispejjeż


(1)  ĠU C 327, 20.12.2008