20.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 141/19


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-2 ta’ April 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika tal-Awstrija

(Kawża C-401/08) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 96/82/KE - Perikoli ta’ aċċidenti kbar fl-użu ta’ sustanzi perikolużi - Artikolu 11(1)(ċ) - Ttfassil ta’ ċerti pjani ta’ emerġenza esterna għall-miżuri li għandhom jittieħdu barra l-istabbilimenti - Nuqqas ta’ traspożizzjoni fit-terminu previst)

2009/C 141/32

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: B. Schima u A. Sipos, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Awstrija (rappreżentant: E. Riedl, aġent)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikolu 11(1)(ċ) tad-Direttiva tal-Kunsill 96/82/KE tad-9 ta’ Diċembru 1996 dwar il-kontroll ta’ perikoli ta’ aċċidenti kbar fl-użu ta’ sustanzi perikolużi, kif emendata bid-Direttiva 2003/105/KE (ĠU 1997, L 10, p. 13) — Nuqqas ta’ tfassil ta’ ċerti pjani ta’ emerġenza esterna għall-miżuri li għandhom jittieħdu barra l-istabbilimenti.

Dispożittiv

1)

Peress li ma żguratx it-tfassil ta’ pjani ta’ emerġenza esterna għall-istabbilimenti kollha li jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 9 tad-Direttiva tal-Kunsill 96/82/KE tad-9 ta’ Diċembru 1996 dwar il-kontroll ta’ perikoli ta’ aċċidenti kbar fl-użu ta’ sustanzi perikolużi, kif emendata bid-Direttiva 2003/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2003, ir-Repubblika tal-Awstrija naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 11(1)(ċ) ta’ din id-direttiva.

2)

Ir-Repubblika tal-Awtrija hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 327, 20.12.2008