22.5.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 134/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-25 ta’ Marzu 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju ta’ Spanja

(Kawża C-392/08) (1)

(“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 96/82/KE - Kontroll tal-perikoli ta’ inċidenti kbar fl-użu ta’ sustanzi perikolużi - Artikolu 11(1)(ċ) - Obbligu ta’ tfassil ta’ pjanijiet ta’ emerġenza esterni - Terminu”)

2010/C 134/06

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Pardo Quintillán u A. Sipos, aġenti)

Konvenut: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentant: B. Plaza Cruz, aġent)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikolu 11(1)(c) tad-Direttiva tal-Kunsill 96/82/KE, tad-9 ta’ Diċembru 1996, dwar il-kontroll ta’ perikoli ta’ aċċidenti kbar fl-użu ta’ sustanzi perikolużi, kif emendata bid-Direttiva 2003/105/KE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 2, p. 410) — Nuqqas ta’ żvilupp ta’ ċerti pjanijiet ta’ emerġenza esterna għall-miżuri li għandhom jittieħdu barra mill-istabbilimenti.

Dispożittiv

(1)

Billi ma fassalx pjanijiet ta’ emerġenza esterni għall istabbilimenti kollha previsti fl-Artikolu 9 tad-Direttiva tal-Kunsill 96/82/KE, tad-9 ta’ Diċembru 1996, dwar il kontroll ta’ perikoli ta’ aċċidenti [inċidenti] kbar fl-użu ta’ sustanzi perikolużi, ir-Renju ta’ Spanja naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 11(1)(ċ) tagħha.

(2)

Ir-Renju ta’ Spanja huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 272, 25.10.2008.