4.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 328/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas-6 ta’ Ottubru 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Grondwettelijk Hof — Belġju) — Base NV, Euphony Benelux NV, Mobistar SA, Uninet International NV, T2 Belgium NV, KPN Belgium NV vs Ministerraad

(Kawża C-389/08) (1)

(Telekomunikazzjonijiet elettroniċi - Direttiva 2002/21/KE (direttiva “qafas”) - Artikoli 2(g), 3 u 4 - Awtorità regolatorja nazzjonali - Leġiżlatur nazzjonali li jaġixxi bħala awtorità regolatorja nazzjonali - Direttiva 2002/22/KE (direttiva “servizz universali”) - Netwerks u servizzi - Artikolu 12 - Kalkolu tal-ispiża tal-obbligi ta’ servizz universali - Komponent soċjali tas-servizz universali - Artikolu 13 - Finanzjament tal-obbligi ta’ servizz universali - Determinazzjoni tal-piż inġust)

2010/C 328/03

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Grondwettelijk Hof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Base NV, Euphony Benelux NV, Mobistar SA, Uninet International NV, T2 Belgium NV, KPN Belgium NV

Konvenut: Ministerraad

Fil-preżenza ta’: Belgacom NV

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Grondwettelijk Hof — Il-Belġju — Interpretazzjoni tal-Artikolu 12 tad-Direttiva 2002/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar servizz universali u d-drittijiet tal-utenti li jirrelataw ma’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva “Servizz Universali”) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 29, p. 367) –Kalkolu tal-ispejjeż tal-obbligi ta’ servizz universali — Nuqqas ta’ evalwazzjoni każ b’każ

Dispożittiv

(1)

Id-Direttiva 2002/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar servizz universali u d-drittijiet tal-utenti li jirrelataw ma’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva Servizz Universali) ma tipprekludix, bħala regola, hija stess, illi l-leġiżlatur nazzjonali jintervjeni fil-kwalità ta’ awtorità regolatorja nazzjonali fis-sens tad-direttiva qafas sakemm, fl-eżerċizzju ta’ din il-funzjoni, huwa jissodisfa r-rekwiżiti ta’ kompetenza, ta’ indipendenza, ta’ imparzjalità u ta’ trasparenza stipulati mill-imsemmija direttivi u li d-deċiżjonijiet illi huwa jieħu fil-kuntest ta’ din il-funzjoni jistgħu jiġu appellati quddiem korp indipendenti mill-partijiet ikkonċernati, ħaġa li għandha tiġi vverfikata mill-Grondwettelijk Hof.

(2)

L-Artikolu 12 tad-Direttiva 2002/22 ma jipprekludix illi l-awtorità regolatorja nazzjonali tikkonstata b’mod ġenerali u abbażi tal-kalkolu tal-ispejjeż netti tal-fornitur tas-servizz universali, li preċedentement kien l-uniku fornitur ta’ dan is-servizz, li l-forniment tal-imsemmi servizz jista’ jirrappreżenta piż inġust fir-rigward tal-impriżi maħtura bħala fornituri ta’ servizz universali.

(3)

L-Artikolu 13 tad-Direttiva 2002/22 jipprekludi illi l-imsemmija awtorità tikkonstata bl-istess mod u abbażi tal-istess kalkolu illi dawn l-impriżi huma effettivament suġġetti għal piż inġust minħabba dan il-forniment, mingħajr ma tkun għamlet eżami partikolari tas-sitwazzjoni ta’ kull waħda minnhom.


(1)  ĠU C 285, 08.11.2008.