17.4.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 100/4 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-25 ta’ Frar 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesgerichtshof — il-Ġermanja) — Car Trim GmbH vs KeySafety Systems Srl
(Kawża C-381/08) (1)
(“Ġurisdizzjoni f’materji ċivili u kummerċjali - Regolament (KE) Nru 44/2001 - Artikolu 5(1)(b) - Kompetenza f’materji kuntrattwali - Determinazzjoni tal-post ta’ eżekuzzjoni tal-obbligu - Kriterji ta’ distinzjoni bejn ‘bejgħ ta’ merkanzija’ u ‘provvista ta’ servizzi’ ”)
2010/C 100/05
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesgerichtshof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Car Trim GmbH
Konvenuta: KeySafety Systems Srl
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Bundesgerichtshof — Interpretazzjoni tal-Artikolu 5(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 4, p. 42) — Kuntratt ta’ provvista ta’ prodotti li jridu jiġu ffabbrikati li fihom ukoll istruzzjonijiet tax-xerrej dwar ix-xiri, l-ipproċessar u l-kunsinna tal-prodotti li jridu jiġu ffabbrikati, inkluża l-assigurazzjoni tal-kwalità tal-iffabbrikar, tal-affidabbiltà tal-kunsinna u l-eżekuzzjoni amministrattiva tal-kuntratt — Kriterji ta’ distinzjoni bejn bejgħ ta’ merkanzija u provvista ta’ servizzi — Determinazzjoni tal-post ta’ eżekuzzjoni tal-obbligu fil-każ ta’ bejgħ mill-bogħod.
Dispożittiv
(1) |
L-Artikolu 5(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kuntratti li l-għan tagħhom huwa l-kunsinna ta’ merkanzija li trid tiġi ffabbrikata jew prodotta meta x-xerrej ikun ifformula ċerti rikjesti dwar ix-xiri, l-ipproċessar u l-kunsinna tal-merkanzija, mingħajr ma pprovda l-materjali, u li l-fornitur huwa responsabbli għall-kwalità u l-konformità tal-merkanzija mal-kuntratt, għandhom jiġu kkwalifikati bħala “bejgħ ta’ merkanzija” fis-sens tal-ewwel inċiż tal-Artikolu 5(1)(b) ta’ dan ir-regolament. |
(2) |
L-ewwel inċiż tal-Artikolu 5(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001 għandu jiġi interpretat fis-sens li fil-każ ta’ bejgħ mill-bogħod, il-post fejn il-merkanzija kellha jew suppost li kienet kkunsinnata skont il-kuntratt għandu jkun iddeterminat fuq il-bażi tad-dispożizzjonijiet ta’ dan il-kuntratt. Jekk fuq din il-bażi huwa impossibbli li jiġi ddeterminat il-post tal-kunsinna, mingħajr ma ssir referenza għad-dritt sostantiv applikabbli għall-kuntratt, dan il-post huwa dak fejn fiżikament twasslet il-merkanzija li permezz tagħha x-xerrej kiseb jew kellu jikseb is-setgħa li jiddisponi effettivament minn din l-merkanzija fid-destinazzjoni finali tat-tranżazzjoni ta’ bejgħ. |