7.11.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 267/23


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-10 ta’ Settembru 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberlandesgericht München — Il-Ġermanja) — Zentrale zur Bekämpfung unlauteren Wettbewerbs eV vs Adolf Darbo AG

(Kawża C-366/08) (1)

(“Armonizzazzjoni tal-liġijiet - Direttiva 95/2/KE - Parti A tal-Anness III - Direttiva 2001/113/KE - It-tieni paragrafu tal-Parti II tal-Anness I - Ġamm extra li għandu kontenut ta’ materjal xott solubbli ta’ 58 % u li fih is-sorbat tal-potassju (E 202) bħala preservattiv - Kunċett ta’ “ġamm b”ammonti żgħar ta’ zokkor’”)

2009/C 267/39

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberlandesgericht München

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Zentrale zur Bekämpfung unlauteren Wettbewerbs eV

Konvenuta: Adolf Darbo AG

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Oberlandesgericht München — Interpretazzjoni tal- Parti A tal-Anness III tad-Direttiva 95/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-20 ta’ Frar 1995, dwar l-addittivi tal-ikel għajr kuluri u sostanzi li jagħtu ħlewwa (ĠU L 61, p. 1), u tat-tieni paragrafu tal-Parti II tal-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 2001/113/KE, tal-20 ta’ Diċembru 2001, li għandha x’taqsam mal-ġamm tal-frott, il-ġelatini u l-marmellati u mal-purejiet tal-qastan mogħtija l-ħlewwa maħsuba għal konsum mill-bniedem (ĠU L 10, p. 67) — Possibbiltà ta’ kummerċjalizzazzjoni, taħt id-denominazzjoni “ġamm extra”, ta’ ġamm bi 58 % tal-kontenut li huwa materjal solubbli niexef u li għandu s-sorbat tal-potassju (E 202) bħala preservattiv– Kunċett ta’ “ġamm b’ammonti żgħar ta’ zokkor”

Dispożittiv

Il-kunċett ta’ “ġamm b’ammonti żgħar ta’ zokkor”, imsemmi fil-Parti A tal-Anness III tad-Direttiva 95/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-20 ta’ Frar tal-1995, dwar l-addittivi tal-ikel għajr kuluri u sostanzi li jagħtu ħlewwa, kif emendata bid-Direttiva 98/72/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Ottubru 1998, jinkludi l-ġamm msejjaħ “ġamm” u “ġamm extra” b’ammont ta’ zokkor li huwa kunsiderevolment iżgħar meta mqabbel mal-valur ta’ referenza ta’ 60 %. Prodotti msejħa “ġamm extra” b’ammont ta’ zokkor ta’ 58 % ma jistgħux jitqiesu, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, bħala li għandhom ammont żgħir ta’ zokkor.


(1)  ĠU C 272, 25.10.2008