|
7.11.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 267/22 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-17 ta’ Settembru 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landesgericht Feldkirch — L-Awstrija) — Vorarlberger Gebietskrankenkasse vs WGV-Schwäbische Allgemeine Versicherungs AG
(Kawża C-347/08) (1)
(“Regolament (KE) Nru 44/2001 - Artikoli 9(1)(b) u 11(2) - Ġurisdizzjoni fil-qasam tal-assigurazzjoni - Aċċident tat-traffiku - Trasferiment ipso jure tad-drittijiet tal-vittma favur korp tas-sigurtà soċjali - Rikors għal kumpens kontra l-assiguratur tal-persuna allegatament responsabbli - Għan tal-protezzjoni tal-parti l-anqas b’saħħitha”)
2009/C 267/38
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Landesgericht Feldkirch
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Vorarlberger Gebietskrankenkasse
Konvenuta: WGV-Schwäbische Allgemeine Versicherungs AG
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Landesgerichts Feldkirch (l-Awstrija) — Interpretazzjoni tal-Artikoli 9(1)(b) u 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (ĠU L 12, p.1) — Ġurisdizzjoni fil-qasam tal-assigurazzjoni — Azzjoni mressqa bis-saħħa ta’ surroga legali minn korp ta’ sigurtà soċjali quddiem qorti tal-post fejn huwa stabbilit dan il-korp kontra assiguratur stabbilit fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor.
Dispożittiv
Ir-riferiment magħmul mill-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni, rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali, għall-Artikolu 9(1)(b) tal-istess regolament għandu jiġi interpretat fis-sens li korp ta’ sigurtà soċjali, li lilu ġew ittrasferiti ipso jure d-drittijiet tal-persuna li ġiet leża direttament f’aċċident tat-traffiku, ma jistax iressaq rikors quddiem il-qrati tal-Istat Membru fejn huwa stabbilit kontra l-assiguratur tal-persuna li allegatament hija responsabbli għall-imsemmi aċċident u li huwa stabbilit fi Stat Membru ieħor.