12.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 220/14


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-16 ta’ Lulju 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sąd Rejonowy w Kościanie — Repubblika tal-Polonja) — proċeduri kriminali kontra Tomasz Rubach

(Kawża C-344/08) (1)

(“Protezzjoni ta’ speċi ta’ fawna u flora selvaġġi - Speċi elenkati fl-Anness B tar-Regolament (KE) Nru 338/97 - Prova tan-natura legali tal-ksib ta’ kampjuni ta’ dawn l-ispeċi - Oneru tal-prova - Preżunzjoni tal-innoċenza - Drittijiet tad-difiża”)

2009/C 220/22

Lingwa tal-kawża: Il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Sąd Rejonowy w Kościanie

Parti fil-proċedura kriminali prinċipali

Tomasz Rubach

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Sąd Rejonowy w Kościanie (il-Polonja) — Interpretazzjoni tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 338/97, tad-9 ta’ Diċembru 1996, dwar il-protezzjoni ta’ speċi ta’ fawna u flora selvaġġi billi jkun regolat il-kummerċ fihom (ĠU L 61, p. 1) — Kunċett ta’ “prova” tan-natura legali tal-ksib tal-ispeċi elenkati fl-Anness B

Dispożittiv

L-Artikolu 8(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 338/97, tad-9 ta’ Diċembru 1996, dwar il-protezzjoni ta’ speċi ta’ fawna u flora selvaġġi billi jkun regolat il-kummerċ fihom, għandu jiġi interpretat fis-sens li, fil-kuntest ta’ proċeduri kriminali mibdija kontra persuna akkużata li kisret din id-dispożizzjoni, il-mezzi ta’ prova kollha li huma ammissibbli skont ir-regoli tal-proċedura tal-Istat Membru kkonċernat fi proċeduri simili huma, bħala prinċipju, ammissibbli sabiex jiġi deċiż jekk il-ksib ta’ kampjuni ta’ speċi ta’ annimali elenkati fl-Anness B ta’ dan ir-regolament huwiex legali. Barra minn hekk, fid-dawl tal-prinċipju tal-preżunzjoni tal-innoċenza, tali persuna tista’ tuża dawn il-provi kollha sabiex tipprova li hija daħlet fil-pussess tal-imsemmija kampjuni b’mod legali, skont il-kundizzjonijiet previsti mill-imsemmija dispożizzjoni.


(1)  ĠU C 272, 25.10.2008