|
17.4.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 100/3 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-25 ta’ Frar 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden — Il-Pajjiżi l-Baxxi) — X Holding B.V. vs Staatssecretaris van Financiën
(Kawża C-337/08) (1)
(Artikoli 43 KE u 48 KE - Leġiżlazzjoni fiskali - Taxxa fuq il-kumpanniji - Entità fiskali komposta minn kumpannija parent residenti u minn sussidjarja jew sussidjarji residenti - Intaxxar tal-profitti fi ħdan il-kumpannija parent - Esklużjoni tas-sussidjarji mhux residenti)
2010/C 100/04
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Hoge Raad der Nederlanden
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: X Holding B.V.
Konvenut: Staatssecretaris van Financiën
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Hoge Raad der Nederlanden Den Haag — Interpretazzjoni tal-Artikoli 43 KE u 48 KE — Leġiżlazzjoni li tippermetti lill-kumpanniji parent residenti li jiffurmaw entità fiskali ma’ sussidjarja jew sussidjarji residenti tagħhom, li twassal sabiex il-profitti tal-imsemmija entità jiġu ntaxxati fi ħdan il-kumpannija parent — Esklużjoni ta’ sussidjarji mhux residenti minn dan il-mekkaniżmu
Dispożittiv
L-Artikoli 43 KE u 48 KE ma jipprekludux il-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tagħti lil kumpannija parent il-possibbiltà li tistabbilixxi entità fiskali waħda mas-sussidjarja residenti tagħha, iżda li tipprekludi l-istabbiliment ta’ tali entità fiskali waħda fil-każ ta’ sussidjarja mhux residenti meta l-profitti ta’ din tal-aħħar mhumiex suġġetti għal-liġi fiskali ta’ dan l-Istat Membru.