|
7.2.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 32/11 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba' Awla) tal-11 ta' Diċembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Franċiża
(Kawża C-330/08) (1)
(Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 2004/35/KE - Responsabbiltà ambjentali - Prevenzjoni u rimedju għal danni ambjentali - Nuqqas ta' traspożizzjoni fit-terminu previst)
(2009/C 32/18)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: G. Rozet u U. Wölker, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: G. de Bergues u A. Adam, aġenti)
Suġġett
Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas li jadotta d-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2004/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-21 ta' April 2004 dwar ir-responsabbiltà ambjentali f'dak li għandu x'jaqsam mal-prevenzjoni u r-rimedju għal danni ambjentali (ĠU L 143, p. 56)
Dispożittiv
|
1) |
Billi ma adottatx, fit-terminu previst, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva 2004/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-21 ta' April 2004 dwar ir-responsabbiltà ambjentali f'dak li għandu x'jaqsam mal-prevenzjoni u r-rimedju għal danni ambjentali, ir-Repubblika Franċiża naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt din id-direttiva. |
|
2) |
Ir-Repubblika Franċiża hija kkundannata għall-ispejjeż. |