3.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 179/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-20 ta’ Mejju 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju ta’ Spanja

(Kawża C-308/08) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 93/43/KEE - Konservazzjoni tal-habitat naturali - Fawna u flora selvaġġa - Sistema ta’ ħarsien qabel ma habitat jitniżżel fil-lista ta’ siti ta’ importanza għall-Komunità - Artikolu 12(4) - Proġett ta’ bini ta’ triq rurali)

(2010/C 179/04)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Pardo Quintillán u D. Recchia, aġenti)

Konvenut: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentant: N. Díaz Abad, aġent)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KE, tal-21 ta’ Mejju 1992, dwar il-konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 102), hekk kif interpretata mis-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-13 ta’ Jannar 2005, fil-Kawża C-117/03, u tal-14 ta’ Settembru 2006, fil-Kawża C-244/05 kif ukoll mill-obbligi li jirriżultaw mill-Artikolu 12(4) tal-istess direttiva — Proġett ta’ bini tat-triq rurali minn Villamanrique de la Condesa (Sevilla) sa El Rocio (Huelva)

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 223, 30.08.2008.