|
16.7.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 211/3 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-26 ta’ Mejju 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju ta’ Spanja
(Kawża C-306/08) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttivi 93/37/KEE u 2004/18/KE - Proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet - Leġiżlazzjoni dwar l-urbaniżmu tal-komunità awtonoma ta’ Valencia)
2011/C 211/05
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrent: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Alcover San Pedro, D. Kukovec u M. Konstantinidis, aġenti)
Konvenut: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentant: M. Muñoz Pérez, aġent)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikoli 1, 6(6), 11, 12 u tat-Titolu II tal-Kapitolu IV (Artikoli 24 sa 29) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/37/KEE, tal-14 ta’ Ġunju 1993, li tikkonċerna l-koordinament tal-proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti tax-xogħlijiet pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet] (Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 2, p. 163) u tal-Artikoli 2, 6, 24, 30, 31(4)(a), 48(2) u 53 tad-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi] (Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, p. 132) — Leġiżlazzjoni dwar l-urbaniżmu tal-komunità awtonoma ta’ Valencia — Nuqqas ta’ konformità mad-dritt Komunitarju
Dispożittiv
|
(1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
(2) |
Il Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż. |