29.8.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 205/9 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-2 ta’ Lulju 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Finanzgericht München — Il-Ġermanja) — Zino Davidoff SA vs Bundesfinanzdirektion Südost
(Kawża C-302/08) (1)
(Trade marks - Reġistrazzjoni internazzjonali - Protokoll għall-Ftehim ta’ Madrid - Regolament (KE) Nru 40/94 - Artikolu 146 - Identiċità tal-effetti fil-Komunità ta’ reġistrazzjoni internazzjonali u ta’ trade mark Komunitarja - Regolament (KE) Nru 1383/2003 - Artikolu 5(4) - Merkanzija suspettata li tikser trade mark - Azzjoni doganali - Proprjetarju ta’ trade mark Komunitarja - Dritt li tinkiseb l-azzjoni wkoll fl-Istati Membri barra dak tat-talba għal azzjoni - Estensjoni għall-proprjetarju ta’ reġistrazzjoni internazzjonali)
2009/C 205/15
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Finanzgericht München
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Zino Davidoff SA
Konvenuta: Bundesfinanzdirektion Südost
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Finanzgericht München — Interpretazzjoni tal-Artikolu 5(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1383/2003, tat 22 ta’ Lulju 2003, li jikkonċerna azzjoni doganali kontra merkanzija suspettati li jiksru ċerti drittijiet ta’ proprjetà intellettwali (ĠU L 196, p. 7) — Dritt previst biss għall-proprjetarji tat-trade marks Komunitarji li ppreżentaw talba għal azzjoni doganali sabiex tinkiseb, barra l-azzjoni doganali tal-Istat Membru li fiha jkunu ppreżentaw it-talba tagħhom, azzjoni doganali ta’ Stat Membru ieħor jew diversi Stati Membri oħra — Estensjoni ta’ dan id-dritt għall-proprjetarji ta’ trade marks irreġistrati fuq livell internazzjonali skont l-Artikolu 146 tar-Regolament (KE) Nru 40/94, tal-20 ta’ Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja — Effetti ġuridiċi tal-adeżjoni tal-Komunità Ewropea għall-Protokoll għall-Ftehim ta’ Madrid dwar ir-reġistrazzjoni internazzjonali ta’ marki
Dispożittiv
L-Artikolu 5(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1383/2003, tat-22 ta’ Lulju 2003, li jikkonċerna azzjoni doganali kontra merkanzija suspettati li jiksru ċerti drittijiet ta’ proprjetà intellettwali u l-miżuri li għandhom jittieħdu kontra merkanzija li jinsabu li jkunu kisru dawk id-drittijiet, moqri fid-dawl tal-Artikolu 146 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, tal-20 ta’ Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja, kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1992/2003, tas-27 ta’ Ottubru 2003, għandu jiġi interpretat fis-sens li proprjetarju ta’ trade mark li hija rreġistrata fuq livell internazzjonali jista’ jikseb, bħall-proprjetarju ta’ trade mark Komunitarja, l-azzjoni doganali ta’ Stat Membru jew diversi Stati Membri barra minn dak li fih ikun ippreżenta t-talba tiegħu