21.11.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 282/11


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-1 ta' Ottubru 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika ta’ Malta

(Kawża C-252/08) (1)

(Nuqqas ta’ stat li jwettaq obbligu - Tniġġis u inkonvenjenzi - Impjanti tal-kombustjoni - Limitazzjoni tal-emissjonijiet ta' ċerti tniġġis fl-arja)

2009/C 282/20

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: L. Flynn u A. Alcover San Pedro, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika ta’ Malta (rappreżentant: S. Camilleri, aġent)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikolu 4(1), flimkien mal-Annessi IV A, VI A u VII A, u tal-Artikolu 12, flimkien mal-Anness VIII A.2, tad-Direttiva 2001/80/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ Ottubru 2001, dwar il-limitazzjoni tal-emissjonijiet ta’ ċerti tniġġis fl-arja minn impjanti kbar tal-kombustjoni (ĠU L 309, p. 1) — Nuqqas ta’ osservanza tal-valuri limitu ta’ emissjoni stabbiliti għad-diossidu tal-kubrit, għall-ossidi tan-nitroġenu u għat-trab — Impjanti ta’ Delimara u tal-Marsa

Dispożittiv

(1)

Billi ma applikatx b’mod korrett id-Direttiva 2001/80/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ Ottubru 2001, dwar il-limitazzjoni tal-emissjonijiet ta’ ċerti tniġġis fl-arja minn impjanti kbar tal-kombustjoni, fir-rigward tat-tħaddim tal-impjant tal-istim Phase One taċ-ċentrali elettrika ta’ Delimara u taċ-ċentrali elettrika fil-Marsa, ir-Repubblika ta’ Malta naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 4(1) u 12 ta’ din id-direttiva, kif ukoll tal-Annessi IV A, VI A, VII A, u VIII A 2 tagħha;

(2)

Ir-Repubblika ta’ Malta hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 197, 2.8.2008.