21.11.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 282/11


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-1 ta’ Ottubru 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht Köln — Il-Ġermanja) — Gaz de France — Berliner Investissement SA vs Bundeszentralamt für Steuern

(Kawża C-247/08) (1)

(Moviment liberu tal-kapital - Eżenzjoni, fl-Istat Membru tal-kumpannija sussidjarja, mit-taxxa minn ras il-għajn fuq il-profitti mqassma lill-kumpannija parent - Kunċett ta’ “kumpannija ta’ Stat Membru” - “Société par actions simplifiée” taħt il-liġi Franċiża)

2009/C 282/19

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Finanzgericht Köln

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Gaz de France — Berliner Investissement SA

Konvenut: Bundeszentralamt für Steuern

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Finanzgericht Köln (il-Ġermanja) — Interpretazzjoni tal-Artikoli 43, 48, 56(1) u 58(1)(a) u (3) tat-Trattat KE, kif ukoll tal-Artikolu 2(a) u tal-punt (f) tal-annness tad-Direttiva tal-Kunsill 90/435/KEE, tat-23 ta’ Lulju 1990, dwar is-sistema komuni tat-tassazzjoni li tapplika fil-każ tal-kumpanniji prinċipali u sussidjarji ta’ Stati Membri differenti (ĠU L 225, p. 6) — Kunċett ta’ “kumpannija ta” Stat Membru — Rifjut, fl-Istat Membru tal-kumpannija sussidjarja, li jingħata l-benefiċċju tal-eżenzjoni mit-taxxa minn ras il-għajn fuq il-profitti, lil kumpannija parent ikkostitwita taħt forma ta’ “société par actions simplifiée” taħt il-liġi Franċiża, fejn din il-forma ta’ kumpannija fil-mument tal-fatti ma kinitx elenkata fil-lista li tinsab fl-anness tad-direttiva.

Dispożittiv

(1)

L-Artikolu 2(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 90/435/KEE, tat-23 ta’ Lulju 1990, dwar is-sistema komuni tat-tassazzjoni li tapplika fil-każ tal-kumpanniji prinċipali u sussidjarji ta’ Stati Membri differenti, moqri flimkien mal-punt (f) tal-anness tagħha, għandu jiġi interpretat fis-sens li kumpannija taħt il-liġi Franċiża li għandha l-forma ta’ “société par actions simplifiée” ma tistax tiġi meqjusa bħala “kumpannija ta’ Stat Membru” fis-sens ta’ din id-direttiva sa minn qabel ma din id-direttiva tiġi emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2003/123/KE, tat-22 ta’ Diċembru 2003.

(2)

L-eżami tat-tieni domanda ma żvela ebda element tali li jaffettwa l-validità tal-Artikolu 2(a) tad-Direttiva 90/435, moqri flimkien mal-punt (f) tal-anness tagħha u mal-Artikolu 5(1) ta’ din id-direttiva


(1)  ĠU C 223, 30.08.2008