|
14.8.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 221/2 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-15 ta' Ġunju 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju ta’ Spanja
(Kawża C-211/08) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Artikolu 49 KE - Sigurtà soċjali - Kura fi sptar neċessarja matul soġġorn temporanju fi Stat Membru ieħor - Nuqqas ta’ dritt għal intervent tal-instituzzjoni kompetenti supplimentari għal dik tal-istituzzjoni tal-Istat Membru ta’ soġġorn)
2010/C 221/03
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Vidal Puig u E. Traversa, aġenti)
Konvenut: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentant: J.M. Rodríguez Cárcamo, aġent)
Parti intervenjenti insostenn tal-konvenut: Ir-Renju tal-Belġju (rappreżentanti: M. Jacobs u L. Van den Broeck, aġenti), Ir-Renju tad-Danimarka (rappreżentanti: J. Bering Liisberg u R. Holdgaard, aġenti), Ir-Repubblika tal-Finlandja (rappreżentant: A. Guimaraes Purokoski, aġent), Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (rappreżentanti: H. Walker, aġent, M. Hoskins, barrister)
Suġġett
Nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu — Ksur tal-Artikolu 49 KE u tal-Artikolu 22(1)(a)(i) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) tal-14 ta’ Ġunju 1971, dwar l-applikazzjoni ta’ skemi ta’ sigurtà soċjali għall-persuni impjegati, persuni li jaħdmu għal rashom u għall-membri tal-familji tagħhom li jiċċaqilqu minn post għal ieħor ġewwa l-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 3) — Nuqqas ta’ ħlas lura tal-ispejjeż tal-isptar sostnuti barra mill-pajjiż — Ċirkustanzi eċċezzjonali
Dispożittiv
|
(1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
(2) |
Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż. |
|
(3) |
Ir-Renju tal-Belġju, ir-Renju tad-Danimarka, ir-Repubblika tal-Finlandja kif ukoll ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom |