1.5.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 113/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-4 ta’ Marzu 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Franċiża

(Kawża C-197/08) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 95/59/KE - Taxxi oħra għajr it-taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ li jolqtu l-konsum tat-tabakk manifatturat - Artikolu 9(1) - Libertà li biha l-manifatturi u l-importaturi jistabbilixxu l-prezzijiet massimi tal-bejgħ bl-imnut tal-prodotti tagħhom - Leġiżlazzjoni nazzjonali li timponi prezz minimu ta’ bejgħ bl-imnut għas-sigaretti - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprojbixxi l-bejgħ ta’ prodotti tat-tabakk bi “prezz promozzjonali li jmur kontra l-għanijiet tas-saħħa pubblika” - Kunċett ta’ “leġislazzjoni nazzjonali dwar il-kontroll tal-livell tal-prezzijiet jew l-osservanza ta’ prezzijiet imposti” - Ġustifikazzjoni - Protezzjoni tas-saħħa pubblika - Konvenzjoni Kwadru tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa dwar il-Kontroll tat-Tabakk)

2010/C 113/07

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea [rappreżentanti: W. Mölls u R. Lyal, aġenti]

Konvenuta: Ir-Repubblika Franċiża [rappreżentanti: G. de Bergues, S. Pilczer, J.-Ch. Gracia u B. Beaupère-Manokha, aġenti]

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikolu 9(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 95/59/KE, tas-27 ta’ Novembru 1995, dwar taxxi li mhumiex taxxi fuq il-qliegħ li jaffettwaw il-konsum ta’ tabakk manifatturat (Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol 1, p. 283-288) — Iffissar tal-prezzijiet minimi — Tfixkil għall-moviment liberu tal-merkanzija — Protezzjoni tas-saħħa pubblika — Rilevanza tal-Konvenzjoni Kwadru tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa dwar il-Kontroll tat-Tabakk (ĠU L 213, p. 8)

Dispożittiv

(1)

Billi adottat u żammet fis-seħħ sistema ta’ prezzijiet minimi għall-bejgħ bl-imnut ta’ sigaretti rilaxxati għall-konsum fi Franza u kif ukoll projbizzjoni fuq il-bejgħ ta’ prodotti tat-tabakk “bi prezz promozzjonali li jmur kontra l-għanijiet tas-saħħa pubblika”, ir-Repubblika Franċiża naqset mil-obbligi tagħha skont l-Artikolu 9(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 95/59/KE, tas-27 ta’ Novembru 1995, dwar taxxi li mhumiex taxxi fuq il-qliegħ li jaffettwaw il-konsum ta’ tabakk manifatturat, kif emendat bid-Direttiva tal-Kunsill 2002/10/KE, tat-12 ta’ Frar 2002.

(2)

Ir-Repubblika Franċiża hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 183, 19.07.2008