28.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 234/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (it-Tielet Awla) tal-1 ta’ Lulju 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgerichtshof — l-Awstrija) — Susanne Gassmayr vs Bundesminister für Wissenschaft und Forschung

(Kawża C-194/08) (1)

(Politika soċjali - Direttiva 92/85/KEE - Implementazzjoni ta’ mizuri sabiex jinkoraġġixxu t-titjib fis-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol għall-ħaddiema nisa tqal, li welldu reċentement jew li qed ireddgħu - Artikoli 5(3) u 11(1) sa (3) - Effett dirett - Ħaddiema tqila li ngħatat leave matul it-tqala tagħha - Ħaddiema bil-leave tal-maternità - Dritt għall-ħlas ta’ allowance għal xogħol ta’ għassa)

2010/C 234/06

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Susanne Gassmayr

Konvenut: Bundesminister für Wissenschaft und Forschung

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Verwaltungsgerichtshof (L-Awstrija) — Interpretazzjoni tal-Artikolu 11(1), (2) u (3) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/85/KEE, tad-19 ta’ Ottubru 1992, dwar l-introduzzjoni ta’ mizuri biex jinkoraġġixxu t-titjib fis-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol għall-ħaddiema nisa tqal u ħaddiema li welldu reċentement, jew li qed ireddgħu (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 2, p. 110) — Effett dirett — Dritt ta’ ħaddiema għall-ħlas, matul il-perijodu li fih il-ħaddiema tqal huma pprojbiti milli jaħdmu u/jew matul il-leave tal-maternità, ta’ allowance li ma titħallasx f’daqqa għal xogħol ta’ għassa barra l-ħinijiet ta’ xogħol normali (“Journaldienstzulage”).

Dispożittiv

(1)

L-Artikolu 11(1) sa (3) tad-Direttiva tal Kunsill 92/85/KEE, tad-19 ta’ Ottubru 1992, dwar l-introduzzjoni ta’ mizuri biex jinkoraġġixxu t-titjib fis-saħħa u s-sigurtà fuq il post tax-xogħol għall-ħaddiema nisa tqal u ħaddiema li welldu reċentement, jew li qed ireddgħu (l-għaxar Direttiva partikolari fis-sens tal-Artikolu 16(1) tad Direttiva 89/391/KEE), għandu effett dirett u jagħti, lill-individwi, drittijiet li huma jistgħu jinvokaw fil-konfront ta’ Stat Membru li ma jkunx ittraspona din id-direttiva fid-dritt nazzjonali, jew li jkun ittrasponiha b’mod inkorrett, u li l-qrati nazzjonali huma marbuta josservaw.

(2)

L-Artikolu 11(1) tad-Direttiva 92/85 għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi li ħaddiema tqila li ġiet eżentata provviżorjament milli taħdem minħabba t-tqala tagħha għandha dritt għal remunerazzjoni ekwivalenti għas-salarju medju li kienet tirċievi matul perijodu ta’ riferiment ta’ qabel il-perijodu tat-tqala tagħha, bl-esklużjoni tal-allowance għal xogħol ta’ għassa.

(3)

L-Artikolu 11(2) u (3) tad-Direttiva 92/85 għandu jiġi interpretat fis sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi li ħaddiema bil-leave tal-maternità għandha dritt għal remunerazzjoni ekwivalenti għas-salarju medju li kienet tirċievi matul perijodu ta’ riferiment qabel il-bidu tal-imsemmi leave, bl-eċċezzjoni tal-allowance għal xogħol ta’ għassa.


(1)  ĠU C 197, 02.08.2008.