7.11.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 267/18


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-17 ta’ Settembru 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesfinanzhof — Il-Ġermanja) — Glaxo Wellcome GmbH & Co. vs Finanzamt München II

(Kawża C-182/08) (1)

(Libertà ta’ stabbiliment u moviment liberu tal-kapital - Taxxa fuq il kumpanniji - Xiri ta’ ishma ta’ kumpannija b’kapital azzjonarju - Kundizzjonijiet tat-teħid inkunsiderazzjoni, fid-determinazzjoni tal-bażi taxxabbli tax-xerrej, tal-iżvalutar tal-ishma minħabba d-distribuzzjoni ta’ dividendi)

2009/C 267/31

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesfinanzhof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Glaxo Wellcome GmbH & Co.

Konvenuta: Finanzamt München II

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Bundesfinanzhof — Interpretazzjoni tal-Artikoli 43 u 56 KE — Xiri, minn persuna taxxabbli li tibbenefika minn kreditu ta’ taxxa fuq il-kumpanniji, ta’ ishma ta’ kumpannija b’kapital azzjonarju suġġetta għal obbligu fiskali illimitat — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi għat-teħid inkunsiderazzjoni, meta tiġi ddeterminata l-bażi taxxabbli tax-xerrej, tal-iżvalutar tal-ishma minħabba t-tqassim ta’ dividendi fil-każ ta’ xiri mingħand detentur ta’ ishma li jibbenefika minn kreditu ta’ taxxa fuq il-kumpanniji, iżda li teskludi dan it-tnaqqis fil-bażi taxxabbli fil-każ ta’ xiri minn detentur ta’ ishma li ma jibbenefikax minn dan il-kreditu ta’ taxxa.

Dispożittiv

L-Artikolu 73 B tat-Trattat (li sar l-Artikolu 56 KE) għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, li tipprovdi li l-iżvalutar tal-ishma tal kumpannija minħabba d-distribuzzjoni ta’ dividendi ma jaffettwax il-bażi ta’ stima tat-taxxa ta’ persuna residenti li tħallas it taxxa, meta din tal-aħħar xtrat ishma f’kumpannija b’kapital azzjonarju residenti, mingħand detentur ta’ ishma mhux residenti, filwaqt li, fil-każ ta’ xiri mingħand detentur ta’ ishma residenti, tali żvalutar inaqqas il-bażi taxxabbli tax-xerrej.

Din il-konstatazzjoni tapplika fil-każijiet fejn tali leġiżlazzjoni ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jiġi protett tqassim ibbilanċjat tas-setgħa fiskali bejn l-Istati Membri kif ukoll il-prevenzjoni ta’ arranġamenti purament artifiċjali, li ma jirriflettux ir-realtà ekonomika u li l-uniku għan tagħhom huwa l-benefiċċju ta’ vantaġġ fiskali mhux dovut. Hija l-qorti tar-rinviju li għandha teżamina jekk il-leġiżlazzjoni inkwistjoni hijiex limitata għal dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħqu dawn l-għanijiet.


(1)  ĠU C 197, 02.08.2008