1.5.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 113/4 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Awla Manja Awla) tat-2 ta’ Marzu 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesverwaltungsgericht — il-Ġermanja) — Aydin Salahadin Abdulla (C-175/08), Kamil Hasan (C-176/08), Ahmed Adem, Hamrin Mosa Rashi (C-178/08), Dler Jamal (C-179/08) vs Bundesrepublik Deutschland
(Kawża C-175/08, C-176/08, C-178/08 u C-179/08) (1)
(Direttiva 2004/83/KE - Livelli minimi dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti tal-istat ta’ refuġjat jew tal-istat mogħti permezz tal-protezzjoni sussidjarja - Kwalità ta’ ‘refuġjat’ - Artikolu 2(ċ) - Waqfien tal-istat ta’ refuġjat - Artikolu 11 - Bdil fiċ-ċirkustanzi - Artikolu 11(1)(e) - Refuġjat - Biża’ infondata minn persekuzzjoni - Stima - Artikolu 11(2) - Revoka tal-istat ta’ refuġjat - Prova - Artikolu 14(2))
2010/C 113/06
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesverwaltungsgericht
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Aydin Salahadin Abdulla (C-175/08), Kamil Hasan (C-176/08), Ahmed Adem, Hamrin Mosa Rashi (C-178/08), Dler Jamal (C-179/08)
Konvenuta: Bundesrepublik Deutschland
Suġġett
Talbiet għal deċiżjoni preliminari — Bundesverwaltungsgericht — Interpretazzjoni tal-Artikolu 11(1)(e) tad-Direttiva tal-Kunsill 2004/83/KE, tad-29 ta’ April 2004, dwar livelli stabbiliti minimi għall-kwalifika u l-istat ta’ ċittadini nazzjonali ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala refuġjati jew bħala persuni li nkella jeħtieġu protezzjoni internazzjonali u l-kontenut tal-protezzjoni mogħtija (Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 7, p. 96 — 107) — Deċiżjonijiet tal-awtorità li jwaqqfu l-istat ta’ refuġjat tal-persuni kkonċernati fuq il-bażi tal-unika konstazzjoni li l-biża’ tagħhom li jiġu ppersegwitati waqfet milli teżisti mingħajr eżami ta’ kundizzjonijiet addizjonali li jirrigwardaw is-sitwazzjoni politika fil-pajjiżi ta’ oriġini tagħhom — Ċittadini Iraqini li l-istat ta’ refuġjat tagħhom ġie rritarat wara l-waqa’ tar-reġim ta’ Saddam Hussein
Dispożittiv
(1) |
L-Artikolu 11(1)(e) tad-Direttiva tal-Kunsill 2004/83/KE, tad-29 ta’ April 2004, dwar livelli stabbiliti minimi għall-kwalifika u l-istat ta’ ċittadini nazzjonali ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala refuġjati jew bħala persuni li nkella jeħtieġu protezzjoni internazzjonali u l-kontenut tal-protezzjoni mogħtija, għandu jiġi interpretat fis-sens li:
|
(2) |
Meta ċ-ċirkustanzi li jwasslu għall-għoti tal-istat ta’ refuġjat wafqu jeżistu u l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru jivverifikaw li ma jeżistux ċirkustanzi oħrajn li jiġġustifikaw il-biża’ tal-persuna kkonċernata li tiġi ppersegwitata kemm għall-istess raġuni kif ukoll għal dak inkwistjoni inizjalment, jew għal waħda mir-raġunijiet stabbiliti fl-Artikolu 2(ċ) tad-Direttiva 2004/83, il-kriterju ta’ probabbiltà sabiex jiġi evalwat ir-riskju li jirriżulta minn dawn iċ-ċirkustanzi l-oħrajn huwa l-istess bħal dak applikat matul l-għoti tal-istat ta’ refuġjat. |
(3) |
L-Artikolu 4(4) tad-Direttiva 2004/83, sa fejn jipprovdi indikazzjonijiet rigward il-portata, f’termini ta’ saħħa probatorja, ta’ atti jew ta’ theddid preċedenti ta’ persekuzzjoni, jista’ japplika meta l-awtoritajiet kompetenti jikkunsidraw li jirrevokaw l-istat ta’ refuġjat skont l-Artikolu 11(1)(e) tad-Direttiva 2004/83 u l-persuna kkonċernata, sabiex tiġġustifika l-insistenza ta’ biża’ fondata li tiġi ppersegwitata, tinvoka ċirkustanzi oħrajn minn dawk li f’konnessjoni magħhom ġiet irrikonoxxuta bħala refuġjat. Madankollu, bħala regola ġenerali dan jista’ jkun il-każ biss meta r-raġuni ta’ persekuzzjoni hija differenti minn dik użata fil-mument tal-għoti tal-istat ta’ refuġjat u li jeżistu atti jew theddid preċedenti ta’ persekuzzjoni li huma konnessi mar-raġuni ta’ persekuzzjoni eżaminata f’dan l-istadju. |