19.6.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 161/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tad-29 ta’ April 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

(Kawża C-160/08) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Artikoli 43 KE u 49 KE - Direttivi 92/50/KEE u 2004/18/KE - Servizz pubbliku tal-emerġenza - Trasport tal-emerġenza u trasport kwalifikat ta’ pazjenti - Obbligu ta’ trasparenza - Artikolu 45 KE - Attivitajiet li jaqgħu fl-ambitu tal-eżerċizzju tal-awtorità pubblika - Artikolu 86(2) KE - Servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali)

(2010/C 161/05)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Kellerbauer u D. Kulkovec, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: M. Lumma u J. Möller, aġenti)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikoli 43 u 49 KE u tad-Direttiva tal-Kunsill 92/50/KEE, tat-18 ta’ Ġunju 1992, relatata mal-koordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti tas-servizz pubbliku [kuntratti pubbliċi għal servizzi] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 322) u d-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, p. 132) — Prattika tal-awtoritajiet lokali li tikkonsisti fl-għoti dirett, mingħajr proċeduri miftuħin ta’ għoti ta’ kuntratti pubbliċi u bi ksur tal-prinċipji ta’ trasparenza u ta’ nondiskriminazzjoni, tal-kuntratti u tal-konċessjonijiet għall-provvista ta’ servizzi ta’ transport tal-emerġenza

Dispożittiv

(1)

Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, billi ma ppublikatx avviżi dwar ir-riżultati tal-proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti, naqset mill-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 10 tad-Direttiva tal-Kunsill 92/50/KEE, tat-18 ta’ Ġunju 1992, relatata mal-koordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti tas-servizz pubbliku [kuntratti pubbliċi għal servizzi], moqri flimkien mal-Artikolu 16 ta’ din id-direttiva jew, wara l-1 ta’ Frar 2006, taħt l-Artikolu 22 tad-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, fuq koordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi], moqri flimkien mal-Artikolu 35(4) ta’ din id-direttiva, fil-kuntest tal-għoti ta’ kuntratti tas-servizzi pubbliċi tat-trasport tal-emerġenza u trasport kwalifikat ta’ pazjenti skont il-mudell tal-appalt fil-Länder tas-Sachsen-Anhalt, tan-Nordrhein-Westfalen, tan-Niedersachsen u tas-Sachsen.

(2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

(3)

Il-Kummissjoni Ewropea, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u r-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.


(1)  ĠU C 209, 15.08.2008