1.8.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 180/18 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (it-Tieni Awla Awla) tal-4 ta’ Ġunju 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Commissione Tributaria Regionale di Trieste — l-Italja) — Agenzia delle Dogane Circoscrizione doganale di Trieste vs Pometon SpA
(Kawża C-158/08) (1)
(Kodiċi Doganali tal-Komunità - Regolament (KE) Nru 384/96 - Difiża kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea - Regolament (KE, Euratom) Nru 2988/95 - Protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej - Proċessar taħt il-proċedura tal-ipproċessar tad-dħul - Prattika irregolari)
2009/C 180/29
Lingwa tal-kawża: It-Taljan
Qorti tar-rinviju
Commissione Tributaria Regionale di Trieste
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Agenzia delle Dogane Circoscrizione doganale di Trieste
Konvenuta: Pometon SpA
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Commissione Tributaria Regionale di Trieste –Interpretazzjoni tal-Artikoli 114, 117(ċ), 202, 204, 212 u 214 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU L 302, p.1) u tal-Artikolu 13 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (ĠU L 56, p.1) — Importazzjonijiet, fuq it-territorju doganali tal-Komunità, ta’ manjesju mhux ipproċessat li joriġina miċ-Ċina — Importazzjonijiet effettwati permezz ta’ kumpannija li għandha l-uffiċċju rreġistrat tagħha fi Stat terz u li mhumiex suġġetta għal miżuri antidumping — Ipproċessar tal-manjesju, taħt is-sistema ta’ l-ipproċessar tad-dħul, minn kumpannija li għandha l-uffiċċju rreġistrat tagħha fi Stat Membru u li hija relatata mal-kumpannija tal-Istat terz — Esportazzjoni mill-ġdid taħt il-forma ta’ prodotti li jikkumpensaw oħrajn lejn dan l-Istat terz, mingħajr ma jkun suġġett għad-dazji fuq l-importazzjoni — Bejgħ immedjat tal-prodott mill-kumpannija tal-Istat terz lill-kumpannija tal-Istat Membru li wettaq l-ipproċessar.
Dispożittiv
1) |
L-Artikolu 13 tar-Regolement tal-Kunsill Nru 384/96 tat-22 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea, huwa inapplikabbli fin-nuqqas ta’ deċiżjoni tal-Kunsill, meħuda fuq proposta tal-Kummissjoni, sabiex testendi l-applikazzjoni tad-dazji antidumping għall-importazzjonijiet li ġejjin minn pajjiżi terzi ta’ prodotti simili jew ta’ partijiet ta’ dawn il-prodotti. |
2) |
L-operazzjoni li tikkonsisti biss li tibgħat merkanzija barra mill-fruntiera wara l-ipproċessar tagħha fi prodott li mhux suġġett għad-dazji antidumping, mingħajr verament l-intenzjoni li tesportaha mill-ġdid, u timportha mill-ġdid ftit ta’ żmien wara, ma tistax legalment tiġi mqiegħda taħt il-proċedura tal-ipproċessar tad-dħul. L-importatur li qiegħed lilu nnifsu b’mod irregolari taħt il-proċedura tal-ipproċessar tad-dħul u bbenifika minnha, huwa obbligat li jħallas id-dazji fuq il-prodotti kkonċernati, bla ħsara, skont il-każ, sanzjonijiet amministrattivi, ċivili jew kriminali previsti fil-liġi nazzjonali. Hija l-qorti nazzjonali kompetenti li għandha tevalwa jekk l-operazzjoni inkwistjoni għandhiex jew le, fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet imfakkra iktar ’il fuq, tiġi meqjusa bħala irregolari fir-rigward tad-dritt Komunitarju. |