|
4.7.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 153/13 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-7 ta’ Mejju 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Hoge Raad der Nederlanden Den Haag — L-Olanda) — Siebrand BV vs Staatssecretaris van Financiën
(Kawża C-150/08) (1)
(Nomenklatura Magħquda - Intestaturi tat-tariffi 2206 u 2208 - Xarba ffermentata li fiha l-akolħol distillat - Xarba magħmula inizjalment minn frotta jew prodott naturali - Żieda ta’ sustanzi - Konsegwenzi - Telf tat-togħma, tar-riħa u tad-dehra tax-xarba oriġinali)
2009/C 153/24
Lingwa tal-kawża: L-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Hoge Raad der Nederlanden Den Haag
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Siebrand BV
Konvenut: Staatssecretaris van Financiën
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Hoge Raad der Nederlanden Den Haag — Interpretazzjoni tal-intestaturi tat-tariffari 2206 u 2208 tan-Nomenklatura Magħquda — Xarba ffermentata li tinkludi akolħol etiliku (distillat) — Żieda ta’ ilma u ta’ sustanzi li jwasslu għat-telf tat-togħma, tar-riħa u/jew tad-dehra ta’ xarba magmula minn frott jew minn prodott naturali
Dispożittiv
Xorb abbażi ta’ alkoħol iffermentat, li oriġinarjament kien jaqa’ taħt l-intestatura 2206 tan-Nomenklatura Magħquda li tinsab fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana, kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2587/91 tas-26 ta’ Lulju 1991, li ġie miżjud miegħu ċertu ammont ta’ alkoħol distillat, ilma, ġulepp taz-zokkor, ħwawar, kuluri u, għal xi wħud minnhom, krema, li jtelfulu t-togħma, ir-riħa u/jew id-dehra ta’ xarba magħmula minn frotta jew prodott naturali speċifiċi, ma jaqax taħt l-intestatura 2206 tan-Nomenklatura Magħquda, iżda taħt l-intestatura 2208 tagħha.